Sliema Wanderers jiffirmaw lill-midfielder Olandiż Danny Holla
Sliema Wanderers akkwistaw lill-midfielder Olandiż ta’ 32 sena Danny Holla.
Holla, għandu esperjenza wiesa’ fl-Eredivisie fl-Olanda fejn lagħab aktar minn 200 partita ma’ diversi clubs, fosthom FC Twente, FC Groningen 1971 u PEC Zwolle.
Fl-istaġuni 2014/15 u 2015/16 Holla lagħab fl-Ingilterra ma’ Brighton fejn b’kollox lagħab 33 darba u skorja goal.
Dan huwa t-tieni akkwist ta’ isem għoli għal Sliema Wanderers wara dak ta’ Denilson li fil-passat lagħab ma’ Arsenal u Sao Paolo fost l-oħrajn.