Sliema Wanderers jiffirmaw midfielder mill-Ukrajna

Tkompli l-kampanja akkwsiti ta’ ċertu livell minn Sliema Wanderers hekk kif iffirmaw lill-midfielder offensiv mill-Ukrajna, Ruslan Kisil.

Kisil, li għandu 28 sena, beda l-istaġun li għadda fit-Tieni Diviżjoni Russa ma’ Baltika Kaliningrad iżda f’nofs l-istaġun mar jilgħab fil-Litwanja ma’ Orientavimosi Sporto klubas Dainava.

Minbarra dawn l-esperjenzi barra minn pajjiżu, Kisil, lagħab ma’ bosta clubs fl-Ukrajna fosthom ma’ Desna Chernigiv, Kolos Kovalivka u t-team ta-riservi ta’ Shakhtar Donetsk.

Share With: