Solskjaer jitlob li Mason Greenwood ma jiffurma parti mit-team nazzjonali Ingliż

Il-manager ta’ Manchester United, Ole Gunnar Solskajer, qal li r-Red Devils talbu lil Mason Greenwood jistrieħ u ma jiġix imsejjaħ mat-team nazzjonali Ingliż għall-impenji mill-UEFA Nations League.

Greenwood, 18-il sena, għamel id-debutt tiegħu kontra l-Islanda fil-5 ta’ Settembru wara li lagħab 50 partita mar-Red Devils fil-kompetizzjonijiet kollha matul l-istaġun li għadda.

Huwa, flimkien mal-player ta’ Manchester City Phil Foden, kienu aktar tard intbagħtu d-dar wara li kisru r-regoli marbuta mal-coronavirus.

“Għamilt l-almu tiegħi kollu bex nagħtih ftit mistrieħ matul is-sajf,” qal Solskjaer.

“Għandu bżonn tal-mistrieħ speċjalment mentalment u fiżikament wara l-istaġun li kellu.”

“Għamilna l-aħjar li nistgħu biex nipproteġuh u se nibqgħu ngħinuh.”

Min-naħa tiegħu Greenwood talab skuża għal dak li wettaq fl-Islanda u aktar tard kellu jippubblika stqarrija wara li kienu ġew pubblikati ritratti tiegħu f’gazzetta ewlenija Ingliża jieħu dak li huwa magħruf bħala “nitrous oxide”.

Solskjaer ikkonferma li Greenwood se jkun involut fil-partita li biha l-United se jkunu qed jiftħu l-istaġun kontra Crystal Palace nhar is-Sibt.

“Bl-ittestjar u l-protokolli tal-Covid, huwa tħarreġ waħdu għal ftit żmien. Aħna min-naħa tagħna kellna xi testijiet u malajr kemm jista’ jkun huwa kien lura magħna. Huwa jifforma parti importanti minn dan il-grupp,” qal Solskjaer.

“Huwa hawnehkk li huwa jħossu f’daru. Għandna diversi persuni li jieħdu ħsiebu. Irridu nifhmu li huwa għad għandu biss 18-il sena u għad irid jitgħallem mill-ħajja.”

Share With: