Spanjola tinqabad b’disa’ kilogrammi kokaina fl-ajruport

Il-Pulizija qed iżżomm taħt arrest mara Spanjola li kienet għadha kemm tasal Malta minn Spanja wara li fil-bagalja li kienet qed iġġorr instabu disa’ kilos kokaina.

Hija kienet għadha kemm waslet Malta fuq titjira minn Madrid meta l-uffiċjali tad-Dwana ġiehom suspett fiha u waqt tfittxija permess tal-‘X-ray machine’ sabu d-droga f’qiegħ falz tal-bagalja.

Persuna oħra li kienet fil-kumpanija tagħha wkoll kienet arresata wara li nstabet fil-pussess ta’ ammont żgħir ta’ kannabis u ecstasy biż-żewġ barranin mistennija jitressqu l-Qorti fis-siegħat li ġejjin.

Share With: