Statistika: Dan se jkun id-disa’ konfront bejn Malta u l-Faroes
Dan se jkun id-disa’ konfront bejn iż-żewġ pajjiżi. Fil-veritá r-rekord ixaqleb lejn il-Faroes hekk kif rebħulna ħames darbiet, spiċċajna draw f’okkażjoni waħda u ħriġna rebbieħa darbtejn.
F’dawn it-tmien logħbiet ġew skorjati 26 goal … 15 waslu mill-Faroes u 11 mill-Maltin.
F’kull partita ż-żewġ timijiet sabu x-xibka avversarja … bl-eċċezzjoni tal-aħħar logħba, dik li ntlagħbet fil-15 ta’ Ottubru, 2019, f’Torsvollur, f’Torshavn, valida mill-Euro 2020, fejn ħriġna telliefa bl-iskor ta’ 1-0.
Interessanti huwa l-fatt li dawn it-tmien logħbiet kienu Tazza tad-Dinja (2), Kampjonat Ewropew (2), UEFA Nations League (2) u Partiti ta’ Ħbiberija (2).
Il-logħbiet kollha kienu:
30.04.1997 – Tazza tad-Dinja……………… 1-2 (home)
08.06.1997 – Tazza tad-Dinja………………. 1-2 (away)
18.08.2004 – Partita ta’ Ħbiberija………. 2-3 (away)
19.11.2013 – Partita ta’ Ħbiberija……….. 3-2 (home)
07.09.2018 – UEFA Nations League…… 1-3 (away)
20.11.2018 – UEFA Nations League……. 1-1 (home)
23.03.2019 – Euro…………………………………. 2-1 (home)
15.10.2019 – Euro …………………………………. 0-1 (away)
Iż-żewġ rebħiet waslu taħt it- tmexxija tal-coaches Pietro Ghedin (3-2) u Ray “Żażu” Farrugia (2-1).
Il-ħames telfiet sofrejnihom taħt ir-responsabbiltá ta’ Milorad Kosanovic (1-2, 1-2), Horst Heese (2-3) u Ray Farrugia (1-3, 0-1) filwaqt li l-uniku draw (1-1) ukoll wasal taħt il-gwida ta’ Farrugia.
L-iżgħar team Malti, b’etá medja ta’ 25.47, kien dak magħżul minn Kosanovic proprju fl-ewwel partita, li safa megħlub 2-1.
Min-naħa l-oħra, l-ixjeħ team, b’etá medja ta’ 30.33, kien dak immexxi minn Farrugia li tilef 3-1, nhar is-7 ta’ Settembru, 2018.
L-iżgħar player li lagħab kontra l-Faroes kien Antoine Zahra I (Birkirkara), fl-etá ta’ 20 sena, 1 xahar u 25 ġurnata, fit-telfa ta’ 2-1 valida mir-round ta’ kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja 1998, fl-Istadium Nazzjonali, fit-30 ta’ April, 1997.
L-ixjeħ player kien ukoll ta’ Birkirkara, Michael Mifsud, fl-etá ta’ 38 sena, 5 xhur u 28 ġurnata, fit-telfa ta’ 1-0, valida mir-round ta’ kwalifikazzjoni tal-Euro 2020, f’Torshavn, fil-15 ta’ Ottubru, 2019.
Il-11-il goals Maltin ġew skorjati hekk:
Tazza tad-Dinja (2) – Stefan Sultana (Hamrun S.) u Gilbert Agius (Valletta).
Partiti ta’ Ħbiberija (5) – Michael Mifsud 2 (SK Lillestroem u Melbourne Hearts), Stefan Giglio (Sliema W.), Ryan Fenech (Valletta) u Jonathan Caruana (Valletta).
UEFA Nations League (2) – Michael Mifsud (Birkirkara) u Juan Corbalan (Gzira U.).
EURO (2) – Kyrian Nwoko (Valletta), Steve Borg (Valletta).
… taħt dawn il-coaches: Kosanovic (2), Heese (2), Ghedin (3) u Farrugia (4).
L-iżgħar skorer kien Kyrian Nwoko meta fl-etá ta’ 21 sena, 8 xhur u 19-il ġurnata, skorja t-tieni goal fir-rebħa ta’ 2-1, nhar it-23 ta’ Marzu, 2019, fil-Euro 2020.
L-ixjeħ skorer kien Michael Mifsud, meta fl-etá ta’ 37 sena, 4 xhur u 21 ġurnata, naqqas il-marġni momentarju (2-1) fit-telfa ta’ 3-1, nhar is-7 ta’ Settembru, 2018, fil-UEFA Nations League.
Żewġ players għamlu d-debutt tagħhom mat-team nazzjonali waqt il-partiti kontra l-Faroes. Dawn huma Andrew Cohen (Hibernians) fit-18 ta’ Awwissu, 2004, u Matthew Guillaumier (Birkirkara) fit-23 ta’ Marzu, 2019.
B’kollox ġew utilizzati 51 player minn 20 clubs kontra l-Faroes … li f’perjodi differenti ġew magħżula mill-erba’ coaches – Kosanovic (żewġ partiti) – 25; Heese (logħba waħda) – 13; Ghedin (logħba waħda) – 13; “Żażu” Farrugia (erba’ partiti) – 56.