Stedina lill-ħbieb ta’ Richmond biex jakkumpanjawh għall-aħħar tislima s-Sibt li ġej

Richmond Tong se jkun qed jingħata l-aħħar tislima nhar is-Sibt 12 ta’ Settembru fil-Millenium Chapel f’San Ġiljan.

Il-quddies tibda fit-8:30 a.m, iżda persuni qrib tiegħu qed ixerrdu l-messaġġ biex dawk li jixtiequ jiltaqgħu bil-muturi l-Isptar Mater Dei għat-8:00 a.m sabiex jakkumpanjawh f’dan l-aħħar vjaġġ tiegħu.

Kien proprju fl-24 ta’ Ġunju li għadda meta uffiċjali stazzjonati fil-Lock-Up tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, il-Floriana, innutaw li persuna li kienet qed tinżamm hemmhekk kellu bżonn l-assistenza medika, peress li prima facie deher li kien qiegħed ibati minn ‘fit’.

Minnufih bdiet tingħata l-assistenza medika u anke intużat AED, filwaqt li ssejjaħ tim mediku fuq il-post. Mal-wasla tat-tim mediku, dawn komplew jassistu lir-raġel, iżda minkejja kull tentattiv, ir-raġel ta’ 35 sena sfortunatament tilef ħajtu.

Share With: