Steve Borg u Loza Abera huma l-Aħjar Players tas-Sena tal-MFPA
Din is-sena, il-Malta Football Players’ Association organizzat iċ-ċerimonja annwali tal-unuri f’format virtwali.
Din is-serata ġiet ippreżentata minn Keith Demicoli b’differenza, peró bl-istess livell ta’ eċċitament fejn b’kollox ingħataw 27 unur.
Għall-ewwel darba fl-istorja, ingħataw żewġ Special Awards, wieħed lil Charlot Lanzon u Walter Sargent, wara li salvaw il-ħajja ta’ Yau-Mun Law, u ieħor lil Dorianne Theuma, li saret l-ewwel player fimminili li lagħbet il-100 partita mat-team nazzjonali.
Il-Merit Award ingħata lil Pierre Brincat għal kontribut imprezzabbli li ta lil football tan-nisa, f’Malta.
Ġiet introdott ukoll award ġdid, dak tal-Aħjar Player Żagħżugħa Femminili li ngħata lil Haley Bugeja.
Fl-unur tal-Aħjar Ħdax kien hemm bosta uċuh ġodda, bl-ikbar rebbieħa ta’ din is-serata kienu Matthew Guillaumier li rebaħ tliet unuri, fosthom dak tal-Aħjar Player Żagħżugħ, u Steve Borg li għat-tieni sena konsekuttiva rebaħ l-unur tal-Aħjar Player tas-Sena.
Waqt iċ-ċerimonja, is-segretarju ġenerali, Carlo Mamo, kien akkumpanjat minn diversi players sabiex jesprimu l-ferħ tagħhom, għat-tmiem tar-regola tal-parametri.
Fid-diskors tiegħu, is-Sur Mamo qal: “Sa mil-bidu nett, il-viżjoni tal-MFPA kienet ċara. Xtaqna nħallu għall-ġenerazzjonijiet ta’ players futuri, legat ta’ football mimli b’opportunitajiet, mhux ostakli. Din ir-rebħa tinkoraġġina ferm, għax hija pass importantissimu lejn dan il-għan.”
Il-lista tar-rebbieħa hija:
L-Aħjar Player tal-Futsal: Celino Alves
L-Aħjar Player tal-I Diviżjoni: Erjon Beu
L-Aħjar Referee: Trustin Farrugia Cann
L-Aħjar Coach: Vincenzo Potenza
L-Aħjar Goalkeeper Żagħżugħ: Timmy Aquilina
L-Aħjar Difensur Żagħżugħ: Joseph Mbong
L-Aħjar Midfielder Żagħżugħ: Matthew Guillaumier
L-Aħjar Goalkeeper Żagħżugħ: Aiden Friggieri
L-Aħjar Player Żagħżugħ: Matthew Guillaumier
L-Aħjar Player Żagħżugħa Femminili: Haley Bugeja
Unur Speċjali: Charlot Lanzon
Unur Speċjali: Walter Sargent
Unur Speċjali: Dorianne Theuma
Unur tal-Mertu: Pierre Brincat
L-Aqwa Ħdax:
L-Aħjar Goalkeeper: Henry Bonello
L-Aħjar Difensuri: Joseph Mbong, Ryan Camenzuli, Steve Borg, Enrico Pepe
L-Aħjar Midfielders: Matthew Guillaumier, Jackson Mendoza, Diego Venancio
L-Aħjar Attakkanti: Mario Fontanella, Kristian Keqi, Caio Henrique Prado
L-Aħjar Player Femminili: Loza Abera
L-Aħjar Player Maskili: Steve Borg