Suarez u Messi jilagħbu l-“padelball” minflok imorru għat-taħriġ

Taħt il-gwida tal-coach il-ġdid Ronald Koeman, Barcelona bdew jitħarrġu mit-Tnejn li għaddew biex jippreparaw għall-istaġun li ġej.

Il-coach Olandiż għandu biċċa xogħol kbira biex jagħti motivazzjoni ġdida lil dan it-team li għadda minn mumenti drammatiċi f’dawn l-aħħar jiem. Wara t-telfa kbira ta’ 8-2 kontra Bayern Munich mill-aħħar fażijiet tal-UEFA Champions League, tneħħa l-coach Quique Setien filwaqt li diversi players urew ix-xewqa li jitilqu lill-club Katalan.

Fost dawn ovvjament hemm l-istilla Lionel Messi li jinsab viċin li jingħaqad ma’ Manchester City u Luis Suarez li qed jitkellem ma’ Juventus.

Sadanittant dawn iż-żewġ players ma ngħaqdux mal-grupp u minflok dehru jilagħbu logħba “padelball” fil-gym privat ta’ Messi.

It-tnejn ikkomunikaw ma’ xulxin ix-xewqa li jibdew avventura ġdida filwaqt li jħallu warajhom in-nostalġija ta’ team li prattikament se jibda era ġdida sa mill-istaġun li ġej.

Share With: