Taħriġtal-klieb tal-kaċċa waqt l-istaġun magħluq

Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) irringrazzjat lill-Ministri l-Onorevoli Aaron Farrugia u lill-Onorevoli Clint Camilleri, li permezz ta’ Avviż Legali li jemenda r-Regolamenti dwar il-Konservazzjoni tal-Għasafar Selvaġġi, li għadu kif ġie ippubblikat, se jiġu fis-seħħ diversi proposti li ressqet il-FKNK wara xhur twal ta’ diskussjonijiet.
 
Permezz ta’ din il-leġislazzjoni l-FKNK se tkun tista’ torganizza attivitajiet ta’ taħriġ tal-klieb tal-kaċċa għall-speċi tal-ordni magħrufa bħala ‘Galliforms‘, bħas-summien, fost oħrajn simili mil-lista kaċċabli, anke fl-istaġuni magħluqa tal-kaċċa tal-għasafar.  L-għasafar li jintużaw f’dawn l-attivitajiet ikunu tnisslu u trabbew fil-magħluq mill-FKNK.  Il-FKNK ilha snin torganizza dawn it-tip ta’ attivitajiet waqt l-istaġun miftuħ għall-kaċċa għall-membri tagħha, u ilha daqstant ieħor tiddiskuti mal-awtoritajiet kompetenti biex dawn it-tip ta’ attivitajiet ikunu ukoll possibbli waqt l-istaġun magħluq. 
 
Partijiet oħra ta’ dan l-Avviż Legali jeliminaw id-diskriminazzjoni eżistenti li kaċċatur u nassab liċenzjat ma jistax ikun ukoll ‘bird-ringer‘ liċenzjat u jippermetti l-użu ta’ apparat li jaħdem bil-‘batteries‘, apparti l-‘bird-callers‘, fost liema, dawk magħrufa bħala ‘flappers‘ u ‘rotators‘ waqt il-kaċċa u l-insib.  Dan sabiex ukoll, Malta tiġi konformi mall-pajiżi l-oħra tal-UE.

Share With: