Taljan isofri ġrieħi gravi wara ħabta fil-Gżira

Taljan ta’ 50 sena residenti San Pawl il-Baħar ittieħed b’emerġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Gżira. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.15 p.m. fi Triq Dr Ġużè Miceli.

Mill-investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li seħħet ħabta bejn vettura tal-għamla BMW li kienet misjuqa minn raġel ta’ 60 sena residenti San Pawl il-Baħar u mutur tal-għamla Yamaha FZ6 li kien qed jinstaq mit-Taljan.

Sussegwentement il-mutur ħabat f’żewġ vetturi oħrajn tal-għamla Volkswagen Golf u Daihatsu Sirion li kienu pparkjati.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ħa lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn aktar tard kien iċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Share With: