Thiago Alcantara: Irrid u għandi bżonn sfidi ġodda fil-karriera tiegħi

Thiago Alcantara kiteb ittra emozzjonali lill-partitarji ta’ Bayern Munich qabel it-trasferiment ta’ £25 miljun tiegħu ma’ Liverpool.

Wara li kien ilu jissemma’ li seta’ jħalli lil Batern Munich, finalment Liverpool irnexxielhom itemmu b’suċċess in-negozjati tagħhom ma’ Bayern Munich nhar il-Ħamis hekk kif qablu li jħallsu minimu ta’ £20 miljun tul l-erba’ snin li ġejjin, flimkien ma’ £5 miljuni f’bonuses.

Il-player ta’ 29 sena sar disponibbli għal Bayen wara li daħal fl-aħħar sena tal-kuntratt tiegħu magħhom, fejn fuq Twitter kien kiteb lill-partitarji tal-ġganti Ġermaniżi li huwa kien qed ‘ifittex sfidi ġodda.’

Fi kliemu: “Iva, għamilt l-aħjar deċiżjoni diffiċli tal-karriera sportiva tiegħi. Se nagħlaq dan il-kapitlu ma’ dan il-club meraviljuż, il-club fejn kbirt u żviluppajt bħala player matul l-aħħar seba’ snin.

“Rebħiet, suċċessi, mumenti sbieħ u oħrajn diffiċli wkoll. Iżda dak li jien l-aktar kburi bih huwa li wasalt fi Munich bħala żagħżugħ mimli ħolm u se nħalli lil dan il-club kuntent ferm u identifikat ma’ club, storja, filosofija, lingwa u kulturá.

“Hawnhekk tgħallimt kif inħobb u nirrispetta tradizzjoni li se nkun qed inħalli iżda li qatt mhu se nkun qed ninsa.”

“Jien u l-familja tiegħi għexna mumenti mill-isbaħ fil-belt ta’ Munich speċjalment f’Sabener Strasse, u ovvjament fl-istadium tagħna Allianz Arena. Magħkom, il-familja tiegħi ta’ Bayern Munich, li ttrattawni tassew tajjeb u ħabbewni kull sekonda.

“Id-deċiżjoni tiegħi hija purament marbuta ma’ sport. Bħala player tal-football, irrid u għandi bżonn sfidi ġodda biex inkompli niżviluppa lili nnifsi kif għamilt hawnhekk.”

“Bayern dejjem se tibqa’ dari. Grazzi, FC Bayern.”

Share With: