TikTok b’ħidma biex tniżżel filmat ta’ raġel li wettaq suwiċidju

TikTok qed qed jaħdem biex iniżżel filmat ta’ raġel li deher jagħmel suwiċidju f’wieħed mill-filmati li ilu jinxtered għal dawn l-aħħar ġranet.

Il-filmat ixxandar oriġinarjament fuq Facebook sakemm aktar tard inxtered ukoll fuq Twitter u Instagram.

TikTok huwa ferm popolari fost iż-żgħażagħ u ħafna kienu dawk li  kkonfermaw li telagħlhom dan il-filmat huma u jqallbu u spiċċaw trawmatizzati bil-kontenut.

L-app kkonfermat ukoll li se tkun qiegħda tipprojbixxi l-aċċess għal dawk li ripetutament ixerrdu dawn il-filmat li skont ma qalet l-istess app, investiet f’teknoloġija li tinterċetta tali filmati.

Share With: