Tinfetaħ l-Ambaxxata ta’ Malta fil-Ġappun

Malta fetħet ambaxxata f’Tokyo 55 sena wara li ż-żewġ pajjiżi stabbilixxew relazzjonijiet diplomatiċi.

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin qal li Malta u l-Ġappun għandhom relazzjonijiet bilaterali eċċellenti mindu stasbbilixxew ir-relazzjonijiet diplomatiċi fil-15 ta’ Lulju tal-1965.

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin qal li permezz ta’ intensifikazzjoni fil-kuntatt bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi matul l-aħħar ftit snin, ittieħdet id-deċizjoni li tinfetaħ ambaxxata f’Tokyo. Din id-deċiżjoni tħabbret għall-ewwel darba f’Novembru 2018. 

L-Ambaxxata ta’ Malta fil-Ġappun hija preseduta mill-Ambaxxatur Andre Spiteri.

Share With: