Tiżżewġu wara li għenitu joħroġ mill-ħabs

L-istilla tal-basketball Amerikan, Maya Moore, għadha kemm iżżewġet lil Jonathan Irons, ir-raġel li għenitu joħroġ mill-ħabs wara li bi żball ġie kkundannat fuq serq u ġlied. 

Irons ġie rrilaxxjat f’Lulju li għadda wara li ngħata 50 sena ħabs wara li f’Marzu s-sentenza tiegħu ġiet imħassra.  

Sadanittant Moore waqqfet il-karriera tagħna fil-WNBA fis-sena 2019 sabiex tintefa’ b’ruħha u ġisimha sabiex teħilsu wara li weħel b’mod inġust. 

Maya Moore, li llum il-ġurnata għandu 31 sena, tkellmet mas-sit elettroniku Good Morning America fejn qalet li żżewġet lil Irons xahrejn ilu u issa jinsabu kuntenti li se jibdew dan il-kapitlu tal-ħajja tagħhom flimkien.  

Moore kienet għażla naturali għal Minnesota Lynx lura għas-sena 2011 tant li għenihom jirbħu erba’ kampjonati. Tliet snin wara hi kienet ġiet nominata bħala l-aqwa player tal-istaġun meta bil-logħob tagħha xprunat lit-team lejn it-triq tas-suċċess.

Hija kkunsidrata wkoll bħala waħda mill-iktar players ta’ kalibru fl-istorja tad-WNBA hekk kif rebħet ukoll żewġ midalji tad-deheb kemm fil-Logħob Olimpiku kif ukoll fil-kampjonati dinjija.  

Minkejja dan is-suċċess kollu, ħareġ il-lat uman ta’ Moore li ma ħallitx is-suċċess jitlagħlha għal rasha hekk kif riedet akkost ta’ kollox tgħin lil Irons li kienet iltaqgħet miegħu 12-il sena qabel u li kien qed jiskonta sentenza twila ta’ 50 sena priġunerija.  

Waqt li kien qed jannulla s-sentenza, l-imħallef Daniel Green laqqam dan il-każ bħala wieħed żvinturat u fuq kollox partikolari. 

Waqt li kien ħiereġ mill-faċilitá korrettiva ta’ Jefferson City, Moore dehret emozzjonata ħafna filwaqt li għannqet lil Irons li llum il-ġurnata għandu 40 sena. Meta mistoqsija jekk għandix ħsieb li terġa’ tibda tipprattika l-isport favorit tagħha, Moore saħqet li qed tippjana li tkompli s-sessjonijiet tagħha fir-rebbiegħa li ġejja. Għalissa iżda se tkun qed tieħu mument żgħir ta’ mistrieħ filwaqt li tiffoka fuq ir-raġel tagħha li skond hi għandu bżonn ta’ kuraġġ kbir sabiex psikoloġikament itaffi minn dawn il-mumenti xejn sbieħ li qatta’ maqful ġewwa.  

Share With: