Tottenham ma jistgħux jixtru jekk ma jbigħux lil Serge Aurier

Tottenham Hotspur huma ħerqana biex jirreġistraw attakkant għalkemm il-pjani tagħhom għal dan it-trasferiment qed jiġu mxekkla min-nuqqas ta’ interess li xi clubs għandhom lejn id-difensur lemini Serge Aurier.

Il-coach ta’ Spurs, José Mourinho, diġá sostna li Aurier ma jinsabx fil-pjani tiegħu u jkun aħjar għalih jekk ifittex destinazzjoni oħra. Hekk kif il-player jinsab għall-bejgħ, għall-bidu kien hemm xi interess minn xi clubs Ingliżi u Taljani iżda dan kollu bħal donnu qed jisfaxxa fix-xejn.

Sadanittant Tottenham baqgħu jħarsu b’interess lejn il-possibbiltá li jakkwistaw xi wieħed mill-attakkanti bejn Joshua King ta’ AFC Bournemouth u Dawin Nunez ta’ Benfica.

Share With: