Trump iħeġġeġ lil stati Amerikani biex jippreparaw għad-distribuzzjoni tal-vaċċin sal-ewwel ta’ Novembru

L-amministrazzjoni Trump qed tħeġġeġ lil stati Amerikani biex jippreparaw biex jiddistribwixxu vaċċin potenzjali kontra l-Covid-19 sal-1 ta’ Novembru li ġej – jumejn qabel l-iżvolġiment tal-elezzjoni presidenzjali.

Il-kumpanija McKesson Corp għandha ftehim mal-gvern federali Amerikan u se tkun qed titlob permessi biex twaqqaf ċentri ta’ distribuzzjoni ladarba vaċċin isir disponibbli.

Dokumenti taċ-Ċentru għall-Kontroll u l-Prevenzjoni tal-Mard (CDC) jindikaw li dawk il-persuni li jirċievu l-ewwel doża tal-vaċċin aktarx ikun jinħtiġilhom li jirċievu titqiba “booster” ftit tal-ġimgħat wara l-ewwel doża.

Share With: