Trump: “Kull attakk mill-Iran kontra l-Istati Uniti se jintlaqa’ b’attakk ieħor elf darba akbar”

Il-President Amerikan Donald Trump ħalef li kwalunkwe attakk mill-Iran se jkun qed jara rispons “elf darba akbar”. Huwa qal dan wara li rapporti kienu jgħidu li l-Iran kien qed jippjana attakk biex jivvendika ruħu mill-qtil tal-Ġeneral Qasem Soleimani f’Jannar li għadda.

“Kull xorta ta’ attakk mill-Iran kontra l-Istati Uniti se jkun qed jintlaqa’ b’attakk elf darba akbar minnu,” qal Trump permezz ta’ tweet wara rapporti dwar l-allegat pjan tal-Iran biex jinqatel l-ambaxxatur Amerikan għall-Afrika t’Isfel.

Politico rrapporta li l-ambaxxata Iranjana fil-belt Sud Afrikana ta’ Pretoria hija involuta fil-pjan ta’ qtil. Politico kompla jirrapporta li filwaqt li uffiċjali Amerikani saru konxji tat-theddida fil-konfront tal-Ambaxxatur Amerikana għall-Afrika t’Isfel, Lana marks, fir-rebbiegħa – xhur wara li l-President Trump kien ordna attakk biex jinqatel il-kmandant militari Iranjan Qassem Soleimani – is-servizzi sigrieti Amerikani qed jisħqu li t-theddida saret aktar speċifika f’dawn l-aħħar ġimgħat.

Marks, li għandha 66 sena, hija konxja tat-theddida fil-konfront tagħha. Hija ilha taf lil Trump u lill-familja tiegħu għal aktar minn 23 sena.

Share With: