UEL: Floriana bi kwalifikazzjoni storika

Linfield …….0

Floriana …..1

Iċ-champions Maltina, Floriana kisbu kwalifikazzjoni storika fil-UEFA Europa League meta fit-tieni round ta’ kwalifikazzjoni, fl-Irlanda għelbu lil Linfield 1-0 biex nhar il-Ħamis li ġej jilagħbu kontra Flora Tallinn tal-Estonja, fis-Centenary Stadium.

Floriana ħarġu tajjeb u wara disa’ minuti huma fetħu l-iskor meta Brandon Paiber minn tarf il-kaxxa għadda l-ballun lura lil Matias Garcia li kien ġej bil-ġirja u minn 30 jarda bogħod venven xutt fil-baxx għar-rokna tax-xibka.

Fis-17-il minuta, l-istess Paiber falla ċans tajjeb biex falla milli jirdoppja għall-Greens.

Mal-ftuħ tat-tieni taqsima, il-goalkeeper ta’ Floria­na, Ini Etim Akpan, wettaq save determinanti meta laqa’ xutt ta’ Jamie Mulgrew u mir-rebound Shayne Lavery falla l-mira.

Iżda Floriana baqgħu jam­mistraw u fl-74 minuta l-Irlandiżi spiċċaw bi player inqas meta tkeċċa Ross Larkin għat-tieni karta safra wara foul fuq Diego Venancio.

Madankollu bi player inqas, l-Irlandiż aktar qamu u bdew jużaw il-fiżika tagħhom konxji mill-fatt li l-players Furjaniż bdew jidhru għajjenin, tant, li kien aktar moħħhom li jżommu l-pussess tal-ballun milli jfittxu t-tieni goal.

U prorpju lejn it-tmiem kellu jkun save mirakoluż ta’ Akpan biex Floriana ma marrux għall-ħin barrani.

Peró kollox ma’ kollox il-Greens kien jimmeritahom din ir-reba minħabba li matul il-logħba kollha kienu teknikament l-aħjar team.

Linfield: 1-Chris Johns, 3-Ross Larkin, 6-Jimmy Callacher, 14-Shayne Lavery, 15-Navid Nasseri (9-Christy Manzinga 62), 16-Matthew Clarke (7-Andrew Waterworth 62), 20-Stephen Fallon, 21-Bastien Hery (17-Daniel Kearns 78), 22-Jamie Mulgrew, 24-Ethan Boyle, 31-Niall Quinn – Coach: David Healy

Floriana: 12-Ini Etim Akpan, 6-Enzo Ruiz, 7-Diego Venancio, 8-Nicola Leone, 9-Kristian Keqi (27-Flavio Cheveresan 83), 11-Brandon Diego Paiber (10-Ulises     Arias 61) (7-Mustapha Beye 90), 17-Jurgen Pisani, 20-Matias Garcia, 29-Marcelo Dias, 94-Ryan Camenzuli, 99-Tiago Adan Fonseca – Coach: Enzo Potenza

Referee: David Munro (Skoz­ja)

Assistenti: Daniel McFarlane, Sean Carr (Skozja)

Raba’ Uff.: Greg Aitken (Skozja)

Skorers: M. Garcia 9 (F)

Ammoniti: S. Fallon, M. Clarke, S. Lavery, Ross Larkin, Jimmy Callacher (L); M. Garcia. D. Venancio, N. Leo­no (F)

     Tkeċċa: R. Larkin 74 (L)

Share With: