UNL: Iffinalizzata l-iskwadra Maltija għal kontra l-Faroe Islands

Il-coach nazzjonali, Devis Mangia, iffinalizza s-selezzjoni tal-iskwadra Maltija għall-partita tal-ftuħ minn Grupp D1 tal-UEFA Nations League kontra l-Faroe Islands li se tintlagħab fit-Torsvollur Stadium nhar il-Ħamis, fit-8.45 pm.

Wara li sejjaħ skwadra ta’ 25 player, Mangia għażel dik finali qabel il-kontinġent Malti ħalla pajjiżna illum wara nofs in-nhar.

Il-coach nazzjonali sejjaħ għall-ewwel darba lil diversi players fosthom il-goalkeepers Jake Galea u Andreas Vella, Enrico Pepe, Neil Tabone, Teddy Teuma, li rrapporta għat-taħriġ  nhar it-Tnejn, Shaun Dimech u Paul Mbong.

Il-goalkeeper żagħżugħ Vella ġie promoss mill-iskwadra ta’ Taħt il-21 sena minflok Matthew Calleja Cremona li rtira mill-iskwadra ta’ Mangia  minħabba raġunijiet personali.

Mill-iskwadra inizjali msejħa nhar il-Ġimgħa, Myles Beerman (Hibernians) u Cain Attard (Birkirkara) naqsu li jagħmluha fl-iskwadra finali.

Din il-partita kontra l-Faroe Islands se tkun l-ewwel waħda għal Malta taħt il-gwida tal-coach Mangia hekk kif il-partita ta’ ħbiberija kontra Ġibiltá u l-Azerbaijan, li kienu skedati għal Marzu li għadda, kif ukoll dawk ippjanati għal Ġunju, fosthom waħda kontra l-Portugall, ġew ikkanċellati minħabba l-pandemija tal-Covid-19.

Wara din il-partita, Malta tospita lil Latvja, nhar il-Ħadd li ġej fl-Istadium Nazzjonali, biż-żewġ logħbiet, bħal kull partita fl-Ewropa, se jintlagħbu bil-bibien magħluqa.

L-iskwadra finali hija:

Goalkeepers: Jake Galea (Sliema W.); Andreas Vella (Sta Lucia); Henry Bonello (Valletta);

Difensuri: Enrico Pepe (Birkirkara); Steve Borg (Gzira U.); Andrei Agius (Hibernians); Jean Borg (Valletta); Zach Muscat (Bla Club)

Midfielders: Steve Pisani (Balzan); Matthew Guillaumier (Birkirkara); Ryan Camenzuli (Floriana); Juan Corbalan, Joseph Mbong (Hamrun S.); Jake Grech (Hibernians); Teddy Teuma (Royale Union Saint-Gilloise – Belġju); Triston Caruana, Rowen Muscat (Valletta); Neil Tabone (Zej­tun Corinthians).

Attakkanti: Paul Mbong (Birkirkara);  Jurgen Degabriele (Hiber­nians); Luke Gambin (Colchester United – Ingilterra); Shaun Dimech, Kyrian Nwoko (Valletta). 

Share With: