UNL: Statistika bejn Malta u l-Latvja

Dan se jkun is-sitt konfront bejn iż-żewġ pajjiżi. Ir-rekord ixaqleb lejn l-avversarji tagħna meta fil-ħames partiti preċedenti, huma rebħu tlieta u aħna rbaħna tnejn … fejn ġew skorjati 10 goals … 7 mil-Latvja u 3 mill-Maltin.

Ta’ nota huwa l-fatt li t-tliet rebħiet tal-Latvja ġew reġistrati kollha bl-iskor ta’ 2-0.

Iż-żewġ rebħiet Maltin inkisbu f’partita ta’ ħbiberija (1-0) u f’tournament ta’ ħbiberija (2-1).

Dawn ir-rebħiet waslu taħt it- tmexxija tal-coaches Pippo Psaila u Josif Ilic rispettivament.

Fit-tliet logħbiet l-oħra, it-team Malti kien taħt ir-responsabbiltá tal-coaches Pietro Ghedin u John Buttigieg.

Il-logħbiet kollha kienu:

26.05.1992 – PTĦ  (home)    1-0

02.06.1994 – PTĦ  (away)    0-2

08.02.1998 – TTĦ  (home)    2-1

07.09.2010 – Euro  (home)   0-2

07.10.2011 – Euro  (away)   0-2 

L-iżgħar team Malti li ffaċċja lil Latvja kien dak li ħareġ rebbieħ fil-partita ta’ ħbiberija (fl-Istadium Nazzjonali) bl-iskor ta’ 1-0, nhar is-26 ta’ Mejju, 1992, b’etá medja ta’ 25.30.

Min-naħa l-oħra l-ixjeħ team li lagħab kontra l-Latvja kien dak tas-7 ta’ Ottubru, 2011, li safa megħlub fir-round ta’ kwalifikaz­zjoni tal-Euro 2012 (Skonto Sta­dium – Riga), bl-iskor ta’ 2-0, b’etá medja ta’ 28.52.

L-iżgħar player Malti li lagħab kontra l-Latvja kien dak ta’ Birkirkara, Chucks Nwoko, fl-etá ta’ 19-il sena, 6 xhur u 18-il ġurnata, nhar it-8 ta’ Frar, 1998, fir-rebħa ta’ 2-1.

Imbagħad l-ixjeħ player kien dak ta’ Floriana, Ivan Woods, fl-etá ta’ 34 sena, 9 xhur u 6 ijiem, fit-telfa ta’ 2-0, nhar is-7 ta’ Ottubru, 2011.

It-tliet goals Maltin ġew skorjati hekk:

Partita ta’ Ħbiberija (1) – Nicky Saliba (Valletta)

Tournament ta’ Ħbiberija (2) – Carmel Busuttil (Sliema W.) u Joe Brincat (Birkirkara).

… taħt dawn il-coaches: Pippo Psaila (1) u Josif Ilic (2).

L-iżgħar skorer kien Nicky Saliba meta fl-etá ta’ 25 sena u 9 xhur, kien skorja l-uniku goal tal-partita, nhar is-26 ta’ Mejju, 1992.

L-ixjeħ skorer kien Carmel Busuttil, meta fl-etá ta’ 33 sena, 11-il xahar u 10 ijiem, fetaħ l-iskor fir-rebħa ta’ 2-1, fit-tournament ta’ ħbiberija, nhar it-8 ta’ Frar, 1998.

Tliet players għamlu d-debutt bil-flokk nazzjonali waqt il-partiti kontra l-Latvja.

Dawn huma Michael Cutajar (Rabat A.) u Joe Sant Fournier (Birkirkara) fis-26 ta’ Mejju, 1992; Steve Borg (Valletta) fis-7 ta’ Ottubru, 2011.

B’kollox ġew utilizzati 50 player minn 17-il club differenti filwaqt li player minnhom (Michael Mifsud) kien mingħajr club … li f’perjodi differenti ġew magħżula mill-erba’ coaches – Pippo Psaila (17); Pietro Ghedin (12); Josif Ilic (16) u John Buttgieg (żewġ partiti) (28).

Erba’ players kienu nvoluti fi tliet partiti – Joe Brincat (Hamrun S. 2, Birkirkara 1), Kris Laferla (Valletta 3), Nicky Saliba (Valletta 3) u Carmel Busuttil (KRC Genk 2, Sliema W. 1)

Tliet players li għandhom fl-iskwadra Maltija mill-aħħar konfront kontra l-Latvja, fis-7 ta’ Ottubru, 2011, huma Steve Borg (Gzira U.), Andrei Agius (Hibernians) u Paul Fenech (Balzan). Dak in-nhar kienu ma’ clubs differenti – Borg (Valletta), Agius (US Latina) u Fenech (Birkirkara)

Share With: