“Vaċċin għal kulħadd kontra l-COVID-19 mhux mistenni qabel nofs l-2021” – WHO

L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) stqarret li vaċċin għad-dinja kollha għal kontra l-COVID-19 huwa possibbli biss f’nofs is-sena 2021. Il-WHO qalet li l-ebda skola medika jew klinika medika għadha ma mpressjonat fil-vaċċini rispettivi tagħhom. 

Din l-istqarrija tikkontrasta mhux ftit ma’ stqarrijiet oħrajn maħruġin minn numru ta’ kliniċi li bħalissa qegħdin għaddejjin qatigħ biex tinstab vaċċin. Fil-fatt dawn tal-aħħar ta’ spiss qed jagħtu x’jifhmu li hemm ċans li bejn Ottubru u Novembru ta’ din is-sena d-dinja jkollha vaċċin disponibbli.

Share With: