Valeri Bojinov jerġa’ jbiddel il-club

Valeri Bojinov m’għandux kwiet! Hekk kien l-għidut fil-bidu ta’ din il-ġimgħa fir-reġjun tal-Abruzzo hekk kif ħarġet l-aħbar li l-attakkant veteran Bulgaru ħalla lil Pescara sabiex jerġa’ jmur jilgħab ma’ Levski Sofia għat-tielet darba fil-karriera tiegħu.

Kien it-team Bulgaru li ħabbar dan kollu bil-player ta’ 34 sena li ħalla Stadio Adriatico wara biss seba’ xhur. Hu lagħab biss tliet logħbiet ma’ Pescara matul is-sena 2020.

Bosta kienu tal-fehma li dan il-player ħadd ma jista’ jorbot fuqu wara li ftit ta kontribut lit-tim sabiex itejbu l-livell tiegħu fis-Serie B Taljana.

Fil-passat Bojinov lagħab ukoll ma’ Lecce, Fiorentina, Juventus, Parma, Verona, Vicenza u Ternana … wara li ħareġ min-nursery ta’ Pietá Hotspurs.

Share With: