Vedat Muriqi sa fl-aħħar ingħaqad ma’ Lazio

Lazio laħqu ftehim ma’ Fenerbache sabiex jiksbu s-servizzi tal-attakkant mill-Kosovo, Vedat Muriqu. It-team mill-belt kapitali Taljana se jkun qed iħallas is-somma ta’ €20 miljun bil-coach Simone Inzaghi jkun ferm sodisfatt li sa fl-aħħar id-direttur sportiv, Igli Tare, wasal għal dan il-player ta’ 26 sena.

Sadanittant f’dawn l-aħħar sigħat, Muriqi għamel it-testijiet mediċi fi klinika f’Ruma u se jkun għad-dispożizzjoni ta’ Inzaghi f’nofs din il-ġimgħa.

Muriqi skorja 17-il goal f’36 partita ma’ Fenerbache matul l-istaġun li għadda filwaqt li kkontribwixxa għal seba’ assists.

Fuq livell internazzjonali huwa sab ix-xibka tmien darbiet fi 23 partita mat-team nazzjonali tal-Kosovo.

Share With: