Wara 40 jum bejn sema u ilma l-immigranti abbord il-Maersk-Etienne jiddaħħlu f’Pozzallo

Grupp ta’ immigranti li kienu ilhom għal dawn l-aħħar 40 ġurnata fuq tanker ftit ’il barra mill-ibħra territorjali Maltin iddaħħlu Sqallija.

L-immigranti kienu ġew salvati mit-tanker Maersk-Etienne f’Awwissu, bil-kaptan jitfa’ l-ankra tat-tanker f’Hurd’s Bank.

Madankollu la l-italja u lanqas l-Italja ma riedu jaċċettaw li l-immigranti jitħallew jitniżlu l-art.

Fi żvilupp nhar il-Ġimgħa li għadda, l-immigranti kienu trasferiti fuq il-vapur Mare Jonio, vapur ta’ salvataġġ operat mill-NGO Mediterranea.

L-NGO appella lill-istati membri biex jippermetti lill-immigranti jitħallew jitniżżlu l-art, u eventwalment ilbieraħ ngħataw il-permess biex jitniżżlu f’Pozzallo.

Share With: