Waterpolo: Exiles kellhom jitħabtu kontra Birżebbuġa

Ritratt: Dominic Borg

Exiles ……………. 12

Birżebbuġa ….. 11

(3-2, 4-1, 4-4, 1-4)

Exiles tħabtu iktar milli mistenni biex għelbu lil Birżebbuġa bl-iskor ta’ 12-11 u li fiha dawn tal-aħħar wettqu reazzjoni tard wisq fil-partita. Għal Exiles, l-aqwa skorers kienu Kurt Griscti u Nicky Paris li rreġistraw hat-trick kull wieħed filwaqt li għal Birżebbuġa, irreċiprokaw Simon Vassallo u David Cutajar, li wkoll skorjaw tliet goals.

Exiles rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 3-2 bil-goals  jaslu minn Aurelien Cousin, Kurt Griscti u l-captain Timmy Sullivan minn man-up wara li tkeċċa Julian Farrugia. Min-naħa l-oħra, David Cutajar minn man-up wara li tkeċċa Nicky Paris u Simon Vassallo, ukoll minn sitwazzjni ta’ player iktar wara li din id-darba tkeċċa Philip Paris, sabu x-xibka għat-team min-nofsinhar ta’ Malta.

Exiles ittrijonfaw fit-tieni sessjoni din id-darba b’vantaġġ ta’ tliet goals hekk kif rebħu din is-sessjoni bl-iskor ta’ 4-1, bl-iskorers  ikunu Kurt Griscti minn man-up wara li tkeċċa David Cutajar, Jake Bajada (2) u Nicky Paris. Ben Grech skorja l-uniku goal għal Birżebbuġa minn man-up wara li tkeċċa Jake Bajada.

Iżda t-team immexxi mill-coach Pierre Borg kompla jissielet u fit-tielet sessjoni rnexxielhom iżommu lil Exiles fi draw ta’ 4-4, bl-iskorers ikunu  Kurt Griscti, Timmy Sullivan minn man-up wara li tkeċċa Simon Vassallo, u Nicky Paris (2) bit-tieni goal tiegħu jasal ukoll minn sitwazzjoni ta’ player iktar wara li din id-darba tkeċċa Matthias Bonnici. Min-naħa ta’ Birżebbuġa sabu x-xibka Simon Vassallo (2) bit-tieni goal jasal minn man-up wara li tkeċċa Sean Xerri De Caro, u David Cutajar (2).

Birżebbuġa komplew jipproduċu logħob sabiħ u rebħu l-aħħar sessjoni bl-istess skor li bih Exiles trijonfaw fit-tieni sessjoni, jiġifieri dak ta’ 4-1.

Madankollu,  kien tard wisq għalihom biex almenu joħorġu b’punt mill-pixxina. L-iskorers kienu Julian Farrugia, David Pace Lupi minn man-up wara li tkeċċa Jake Bajada ,u Max Borg (2) bit-tieni goal tiegħu jasal ukoll minn superjoritá numerika wara li din id-darba tkeċċa Aurelien Cousin. L-istess Aurelien Cousin skorja l-goal waħdani għal Exiles.

Exiles: 1-Gianluca Borg, 2-Jake Bajada (2), 3-Andrew Magri, 4-Philip Paris, 5-Timmy Sullivan (2), 6-Sean Xerri de Caro, 8-Kurt Griscti (3), 9-Nicky Paris (3), 10-Aurelien Cousin (2), 11-Simon Apap, 12-David Fenech, 13-Matthew Castillo– Coach: Igor Vukanovic

Birżebbuġa: 1- Marco Rossi, 2-Julian Farrugia (1), 3-Neil Cassar, 4-David Pace Lupi (1), 5-Christian Mifsud, 6-Paul Serracino, 7-Simon Vassallo (3), 8-David Cutajar (3), 9-Matthias Bonnici, 10-Max Borg (2), 11-Russell Spiteri, 13-Zachary Farrugia Seychell, 13-Matthew Sladden, 14-Ben Grech (1) Coach: Pierre Borg

Referees: Ronnie Spiteri, Neville Mercieca

Share With: