Waterpolo: Faċli għal Valletta fuq Otters

Ritratt: Dominic Borg

I Diviżjoni

Valletta ……. 13

Otters …………. 5

(3-3, 4-1, 4-1, 2-0)

Wara bidu ta’ staġun diżappuntanti, fejn naqsu milli jikkwalifiakw għall-Kampjonat Premier, Valletta qed jixxalaw f’dak tal-Ewwel Diviżjoni, meta komplew jikkonfermaw il-qawwa tagħhom hekk kif għelbu lil Otters bl-iskor ta’ 13-5. Għalihom reġa’ spikka Miguel Zammit li skorja sitt goals biex b’hekk kompla jinkuruna staġun mill-aqwa. Min-naħa l-oħra, l-aqwa skorer għal Otters kien Dominique Zahra b’żweġ goals.

Il-partita dehret li se tkun waħda bilanċjata hekk kif l-ewwel sessjoni ntemmet fi draw ta’ 3-3, bl-iskorers għall-Beltin ikunu Edward Aquilina, Peter Borg minn man-up wara li tkeċċa Marc Lanzon, u Niki Lanzon. Min-naħa l-oħra, Edward Meli minn man-up wara li tkeċċa Miguel Zammit, Dominique Zahra u Marc Lanzon sabu x-xibka għall-Għawdxin.

Iżda fit-tieni sessjoni Valletta ħadu r-riedni tal-logħba  u rebħuha bl-iskor ta’ 4-1, fejn għalihom skorjaw Miguel Zammit (2), Edward Aquilina minn man-up wara li tkeċċa Dominique Zahra, u Peter Borg. Dominique Zahra skorja l-uniku goal għal Otters.

Fit-tielet sessjoni, it-team mill-belt kapitali rrepeta l-iskor ta’ dik preċedenti biex fetħu vantaġġ ta’ 11-5 u għaldaqstant il-logħba kienet mirbuħa u mitlufa.

Għalihom skorjaw Edward Aquilina minn man-up wara li tkeċċa Dominique Zahra, u Miguel Zammit (3). Min-naħa l-oħra, Luke Gialanze skorja l-goal waħdani għal Otters.

Fl-aħħar sessjoni l-Beltin komplew jiddominaw u skorjaw darbtejn mingħajr risposta bl-awturi tal-goals ikunu Miguel Zammit minn man-up wara li tkeċċa Luke Hyzler, u Peter Borg.

Valletta: 1-Ryan Sciortino, 2-Peter Borg (3), 3-Edward Aquilina (3), 4-Michele Stellini, 5- Andrea Agius, 6-Ryan Mock, 7-Daniel Paolella, 8-Andrea Bianchi, 9-Nicholas Farrugia, 10-Miguel Zammit (6), 11-Keith Galea, 12-Niki Lanzon (1), 13-Thomas Micallef Coach: Srdjan Lazaredit

Otters: 1-Matthew Xerri, 2-Marc Lanzon (1), 3-Ray Caruana, 4-Luke Hyzler, 5-Edward Meli (1), 6-Luke Gialanze (1), 7-Karl Scicluna, 8-Gabriel Mizzi, 9-David Dimech, 10-Dominique Zahra (2), 11-Daniel Tully, 12-Stefan Xerri, 13-Daniel Spiteri, 14-Claudio Spiteri De Barro Coach: Dean Camilleri

Referees: Stefan Licari, Peter Balzan

Share With: