Waterpolo I Div: Faċli għal Marsaxlokk kontra Otters

Ritratt: Christine Borg

Otters ………………4

Marsaxlokk ……….11

(1-2, 2-4, 1-2, 0-3)

Marsaxlokk xejn ma tħabtu biex kisbu post fis-semi-finali tal-play-offs tal-Ewwel Diviżjoni meta għelbu lil Otters bl-iskor kbir ta’ 11-4, f’partita li huma ddominaw mill-bidu sat-tmiem. 

L-aqwa skorer tagħhom kien Timmy Agius li rreġistra trippletta, biex kompla jinkuruna staġun mill-aqwa.

Ix-Xlukkajri rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 2-1 bil-goals jaslu minn Timmy Agius u Rainer Scerri wara li kien Marc Lanzon li fetaħ l-iskor għal Otters.

Marsaxslokk rebħu wkoll it-tieni sessjoni b’vantaġġ ta’ żewġ goals, din id-darba bil-punteġġ ta’ 4-2.

Sa nofs din is-sessjoni l-Għawdxin baqgħu jżommu l-pass mal-avversarji me­ta rrispondew permezz ta’ Russell Caruana u Do­mini­que Zahra għal kull goal tax-Xlukkajri li waslu minn Stephen Micallef wara li tkeċċa Gabriel Agius. u Timothy Agius minn penalty.  

Iżda b’żewġ goals oħra minn Matthew Pace u Julian Rizzo Naudi, Marsa­xlokk daħlu jistrieħ fil-vantaġġ ta’ 6-3. 

Fit-tielet sessjoni, it-team immexxi mill-coach Joe Cremona ttrijonfa bl-istess skor li bih rebaħ l-ewwel waħda, jiġifieri dak ta’ 2-1, bl-awturi tal-goals ikunu Julian Rizzo Naudi u Timmy     Agius minn sitwazzjoni ta’ player iktar wara li tkeċċa Daniel Tully. Iżda mbagħad l-istess Da­niel Tully skorja l-uniku goal għal Otters.

Fl-aħħar sessjoni, l- Għawd­xin ikkrollaw għal kollox fejn sofrew tliet goals mingħajr risposta, bl-iskorers għal Marsa­xlokk ikunu Benji Lanzon, Rainer Scerri u Stephen Micallef, għal skor finali ta’ 11-4 u b’hekk qatgħu l-passaġġ għas- semif-finali. 

Otters: 1-Daniel Spiteri, 2-Marc Lanzon (1), 3-Russell Caruana (1), 4-Luke Hyzler, 5-Edward Meli, 7-Karl Scicluna, 8-Gabriel Mizzi, 9-David Dimech, 10-Do­minique Zahra (1), 11-Da­niel Tully (1), 12-Stefan Xerri, 13-Darren Spiteri Coach: Claudio Spiteri De Barro  

Marsaxlokk: 1-Ryan Co­leiro, 2-Julian Rizzo Naudi (2), 3-Matthew Pace (1), 4-Matteo Martellacci, 5-Timmy Agius (3), 6-Benji Lanzon (1), 7-Joseph Galea, 8-Kyle Cremona, 9-Stephen Micallef (2), 10-Rainer Scerri (2), 11-Matteo Cacici, 12-Otis Zammit, 13-Fredrick Buhagiar Coach: Joe Cremona

Referees: Peter Balzan, Alex De Raffaele

Share With: