Waterpolo I Div.: Marsaskala jkomplu jikkonvinċu

Ritratt: Christine Borg

Ta’ Xbiex ………….5

Marsaskala ……10

(1-3, 0-2, 2-4, 2-1)

Marsaskala kkonvinċew bis-sħiħ u għelbu lil Ta’ Xbiex bl-iskor ta’ 10-5, biex b’hekk għaddew mal-aħħar erbgħa tal-play-offs.

Għat-team immexxi mill-coach Arpad Babay, l-aqwa player kien Luca Felice li skorja nofs il-goals għat-team tiegħu, jiġifieri ħamsa, filwaqt li għal Ta’ Xbiex, l-aqwa skorers kienu Matthew Mifsud u Nico Schiavone li rreġistraw doppjetta kull wieħed.

L-Iskalin għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita meta rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 3-1.

Huma fetħu vantaġġ ta’ tliet goals minn doppjetta ta’ Luca Felice u Malcolm Manara filwaqt li Mark Demarco skorja l-uniku goal għal Ta’ Xbiex. 

Fit-tieni sessjoni, Marsa­skala komplew ikabbru l-vantaġġ meta rebħuha bl-iskor ta’ 2-0 bil-goals jaslu minn Paul Privitera u Luca Felice.

Ta’ nota huwa l-fatt li f’din is-sessjoni Ta’ Xbiex ma għarfux japprofittaw mit-tkeċċijiet ta’ Rienhard Attard u Malcolm Manara (darbtejn). Min-naħa l-oħra, l-anqas l-Iskalin ma rnex­xielhom jiskorjaw wara t- tkeċċijiet ta’ Raoul Greco u Nico Schiavone.  

Fit-tielet sessjoni, Mara­skala komplew iżommu l-konsistenza tal-vantaġġ ta’ żewġ goals meta ttrijonfaw bl-iskor ta’ 4-2.

Din id-darba l-protagonisti kienu Luca Felice (2), Paul Privitera minn man-up wara li tkeċċa Jacob Saliba, u Jean Claude Cutajar. Matthew Mifsud irreġistra doppjetta għal Ta’ Xbiex.

Fir-raba’ sessjoni, dawn tal-aħħar wettqu reazzjoni u rebħuha bl-iskor ta’ 2-1 biex għamlu l-iskor aktar rispettabbli. 

Il-goals tagħhom waslu minn Nico Schiavone (2) bl-ewwel goal jasal minn man-up wara li tkeċċa Liam Grixti u t-tieni wieħed minn penalty … filwaqt li l-istess Liam Grixti skorja l-goal waħdani għall-Iskalin.

Ta’ Xbiex: 1-Miguel Vassallo, 2-Matthew Mifsud (2), 3-Raoul Greco, 4-Daniel Rizzo, 5-Francesco Cutajar, 6-Mark Demarco (1), 7-Mark Carani, 8-Niall Saliba, 10-Gerald Sammut, 11-Nico Schiavone (2), 12-Sam Azzopardi, 13-Matthew Farrugia – Coach: Chris D’Ugo

Marsaskala: 1-Jurgen Micallef, 2-Jean Claude Cutajar (1), 3-Ayrton Camenzuli, 4-Paul Privitera (2), 5-Max Aquilina, 6-Liam Grixti (1), 7-Kyle Navarro, 8-Malcolm Manara (1), 9-Luca Felice (5), 10-Jan Culic, 11-Reinhard Attard, 12-Dalton Camilleri, 13-Aiden Muscat – Coach: Arpad Babay

Referees: Massimo Angi­leri, Ronnie Spiteri

Share With: