Waterpolo: Marsaskala jegħlbu lil Otters f’logħba bilanċjata

Ritratt: Dominic Borg

Marsaskala ….. 10

Otters …………….. 9

(5-2, 2-3, 2-3, 1-1)

Marsaskala għelbu lil Otters bl-iskor strett ta’ 10-9 fejn tħabtu aktar milli kien mistenni kontra l-istess team li l-ġimgħa li għaddiet rebħulhom bl-iskor kbir ta’ 14-6.

Għalihom l-aqwa skorer kien Kyle Navarro li rreġistra hat-trick filwaqt li għal Otters l-aktar player li spikka kien Luke Gialanze b’erba’ goals.

L-Iskalin għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 5-2, bil-goals  jaslu minn Malcolm Manara, Kyle Navarro (2), Jean Claude Cutajar minn man-up wara li tkeċċa Karl Scicluna u Max Aquilina. Min-naħa l-oħra Luke Gialanze u Marc Lanzon wieġbu għal Otters.

Iżda fit-tieni sessjoni l-Għawdxin wettqu reazzjoni biex rebħuha 3-2 bl-iskorers ikunu Luke Gialanze (2) u Dominique Zahra. Kyle Navarro u Max Aquilina sabu x-xibka għall-Iskalin.

Fit-tielet sessjoni Otters reġgħu ħarġu rebbieħa, din id-darba bl-iskor ta’ 3-2, bl-awturi tal-goals ikunu Marc Lanzon minn man-up wara li tkeċċa Kyle Navarro, Luke Gialanze ukoll minn sitwazzjoni ta’ player iktar wara li tkeċċa Malcolm Manara, u Russell Caruana. Għal Marsaskala, Matthew Chircop u Luke Grech Carr niżżlu isimhom fuq il-lista tal-iskorers.

L-aħħar sessjoni ntemmet fi draw ta’ 1-1 b’Ayrton Camenzuli jiskorja għal Marsaskala, waqt li Dominique Zahra minn man-up wara li tkeċċa Jean Claude Cutajar wieġeb għal Otters. Dawn tal-aħħar għamlu minn kollox biex isalvaw punt minn din il-logħba iżda l-Iskalin baqgħu sodi biex akkwistaw it-tliet punti.

Marsaskala: 1-Jurgen Micallef, 2-Jean Claude Cutajar (1), 3-Ayrton Camenzuli (1), 4-Paul Privitera (1), 5-Max Aquilina (2), 6-Liam Grixti, 7-Kyle Navarro (3), 8-Malcolm Manara (1), 9-Luca Felice, 10-Gianluca Galea, 11-Reinhard Attard, 12-Matthew Chircop (1), 13-Aiden Muscat Coach: Arpad Babay

Otters: 1-Matthew Xerri, 2-Marc Lanzon (2), 3-Russell Caruana (1), 4-Luke Hyzler, 5-Edward Meli, 6-Luke Gialanze (4), 7-Karl Scicluna, 8-Gabriel Mizzi, 9-David Dimech, 10-Dominique Zahra (2), 11-Daniel Tully, 12-Stefan Xerri, 13-Daniel Spiteri 14-Claudio Spiteri De Barro Coach: Dean Camilleri

Referees: Alex De Raffaele, Richard Magri

Share With: