Waterpolo: Marsaxlokk jirritornaw għar-rebħ

Ritratt: Dominic Borg

Marsaxlokk ….. 11

Ta’ Xbiex ………… 8

(0-1, 3-3, 3-1, 5-3)

Wara ħasda inizjali, Marsaxlokk għelbu lil ta’ Xbiex bl-iskor ta’ 11-8 biex b’hekk  irritornaw għar-rebħ wara t-telfa kbira ta’ 14-3 kontra Valletta.

Għalihom spikka ferm il-player Timmy Agius li skorja ħames goals. Min-naħa l-oħra l-aqwa skorers għal Ta’ Xbiex kienu Raoul Greco u Mark Carani li rreġistraw doppjetta kull wieħed.

Ta’ Xbiex ħarġu tajjeb u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor minimu ta’ 1-0 bil-goal jasal minn Mark Carani minn man-up wara li tkeċċa Luke Saliba.

Fit-tieni sessjoni rrenja bilanċ assolut hekk kif din intemmet fi draw ta’ 3-3 bil-goals għax-Xlukkajri jiġu skorjati minn Timmy Agius (2) u Luke Saliba. Min-naħa l-oħra, Matthew Mifsud minn man-up wara li tkeċċa Kyle Cremona, Nico Schiavone wkoll minn sitwazzjoni ta’ player iktar wara li tkeċċa Luke Saliba, u Daniel Rizzo wieġbu għal Ta’ Xbiex.

Marsaxlokk rebħu t-tielet sessjoni b’punteġġ ta’ 3-1 bl-iskorers ikunu Luke Saliba, Stephen Micallef u Timmy Agius. Min-naħa l-oħra Raoul Greco skorja l-goal waħdani għal Ta’ Xbiex.

Ix-Xlukkajri rebħu l-aħħar sessjoni ukoll b’vantaġġ ta’ żewġ goals iżda din id-darba bi skor ta’ 5-3. Il-protagonisti kienu Timmy Agius (2) bl-ewwel goal  jasal minn man-up wara li tkeċċa Sam Azzopardi, Stephen Micallef u Kyle Cremona (2). Mark Carani u Niall Saliba minn penalty wieġbu għal Ta’ Xbiex.

Marsaxlokk 1-Ryan Coleiro, 2-Jadyn Portelli, 3-Matteo Martellacci, 4-Luke Saliba (2), 5-Timothy Agius (5), 6-Benji Lanzon, 7-Joseph Galea, 8-Kyle Cremona (2), 9-Stephen Micallef (2), 10-Matthew Pace, 11-Matteo Cacici, 12-0tis Zammit, 13-Fredrick Buhagiar Coach: Joe Cremona

Ta’ Xbiex: 1-Miguel Vassallo, 2-Matthew Mifsud (1), 3-Raoul Greco (2), 4-Daniel Rizzo (1), 5-Francesco Cutajar 6-Mark Demarco, 7-Mark Carani (2), 8-Niall Saliba (1), 10-Gerald Sammut, 11-Nico Schiavone (1), 12-Sam Azzopardi, 13-Matthew Farrugia Coach: Chris D’Ugo

Referees: Peter Balzan, Neville Mercieca

Share With: