Waterpolo: Neptunes jiksbu double fuq Sliema
Ritratt: Dominic Borg
Neptunes ……… 14
Sliema ……………. 8
(3-2, 3-2, 5-0, 3-4)
Wara li matul il-ġimgħa li għaddiet, umiljawhom bl-iskor ta’ 14-4, Neptunes reġgħu għelbu lil Sliema iżda din id-darba bi skor iktar rispettabbli ta’ 14-8, biex b’hekk kisbu double fuqhom.
Sliema wettqu reazzjoni tard wisq fil-partita eżattament fl-aħħar sessjoni wara li kkrollaw għal kollox fit-tielet sessjoni.
Bħal dejjem għal Neptunes reġa’ spikka l-captain Stevie Camilleri li skorja ħames goals, waqt li għal Sliema l-aqwa skorer kien Michael Spiteri Staines bi tliet goals.
L-ewwel sessjoni kienet bilanċjata u produċiet ħames goals b’Neptunes joħorġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-2. Għalihom irnexxielhom isibu x-xibka Stevie Camilleri (2) u ħuh Jordan minn man-up wara li tkeċċa Jerome Gabarretta. Min-naħa tal-Blues, Michael Spiteri Staines wieġeb għas-Slimiżi b’doppjetta personali.
Neptunes reġgħu rebħu t-tieni sessjoni bl-istess skor, fejn għalihom irnexxielhom isibu x-xibka James Spiteri Staines li f’din il-partita kien qed jilgħab kontra ħuh Michael u dan minn man-up wara li tkeċċa Liam Galea, Jake Muscat ukoll minn sitwazzjoni ta’ player iktar wara li tkeċċa l-captain Mark Meli u Stevie Camilleri. Għal Sliema niżżlu isimhom fuq il-lista tal-iskorers Nicholas Bugelli u Jerome Gabarretta.
Imbagħad Neptunes iddominaw għal kollox it-tielet sessjoni fejn skorjaw ħames goals mingħajr risposta biex prattikament aċċertaw ruħhom mir-rebħa.
Għalihom skorjaw Jake Muscat (2) bit-tieni goal għalih jasal minn back-hand stupend mid-distanza, Stevie Camilleri minn man-up wara li tkeċċa Mark Meli, Jordan Camilleri u James Spiteri Staines.
Fir-raba’ sessjoni li kienet formalitá, Neptunes wettqu bosta tibdil, bi Sliema joħorġu rebbieħa 4-3.
Għat-team immexxi mill-coach Kroat Sergio Afric, Mark Meli, Nicholas Bugelli, Michael Spiteri Staines u Benji Cachia minn man-up wara li tkeċċa Gabriel Pace, irnexxielhom isibu x-xibka avversarja.
Min-naħa ta’ Neptunes, wieġbu Gabriel Pace, Stevie Camilleri minn penalty u minn man-up wara li tkeċċa Mark Meli permezz ta’ karta ħamra diretta minħabba xi rimarki li għadda fil-konfront tar-referee Mario Dalli u x-xellugi Nikolai Zammit.
Neptunes: 1-Alan Borg Cole, 2-Jake Muscat (3), 3-Leandros Calleja, 4-Gabriel Pace (1), 5-Sebi Busuttil, 6-James Spiteri Staines (2), 7-Stevie Camilleri (5), 8-Jordan Camilleri (2), 9-Jeremy Abela (1), 10-Nikolai Zammit (1), 11-Alec Fenech, 12-Sam Gialanze, 13-Benji Busuttil, 14-Mark Castillo (2) Coach: Jovan Popovic
Sliema: 1-Nicky Grixti, 2-Jerome Gabarretta (1), 3-Liam Galea, 4-Jacob Sciberras, 5-Mark Meli (1), 6-Benji Cachia (1), 7-Michael Spiteri Staines (3), 8-Jake Cutajar, 9-John Brownrigg, 10-Jamie Gambin, 11-Zach Mizzi, 12-Nicholas Bugelli (2), 13-Cain Cutajar Coach: Sergio Afric
Referees: Mario Dalli, Massimo Angileri