Waterpolo: Otters jaħsdu lil Marsaxlokk u jiksbu l-ewwel rebħa tal-istaġun

Ritratt: Christine Borg

Marsaxlokk  …… 8

Otters …………….. 9

(3-1, 1-3, 2-4, 2-1)

Otters ħasdu lil Marsaxlokk meta għelbuhom bl-iskor strett ta’ 9-8 biex irreġistraw l-ewwel rebħa tal-istaġun. Għalihom spikka ferm il-player Dominique Zahra li skorja ħames goals filwaqt li għal Marsaxlokk, l-aqwa skorer kien Timmy Agius b’erba’ goals.

Kienu Marsaxlokk li ħarġu tajjeb u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 3-1 bl-awturi tal-goals ikunu Matteo Cacici, Benjamin Lanzon u Matteo Martellacci. L-uniku goal ta’ Otters wasal minn Marc Lanzon li kiseb id-draw momentarju.

Fit-tieni sessjoni, it-team Għawdxi rreċiproka r-riżultat ta’ dik preċedenti hekk kif ħareġ rebbieħ bl-iskor ta’ 3-1, bil-goals jaslu minn Luke Gialanze u Dominique Zahra (2) bit-tieni goal tiegħu jasal minn man-up wara li tkeċċa Matthew Pace. Timmy Agius skorja l-uniku goal għat-team min-nofsinhar ta’ Malta.

Otters rebħu wkoll it-tielet sessjoni, din id-darba bl-iskor ta’ 4-2 bil-protagonista tagħhom ikun Dominique Zahra li rreġistra trippletta. L-ewwel żewġ goals tiegħu waslu minn superjoritá numerika wara li tkeċċew Timmy Agius u Matteo Martellacci. Il-goal l-ieħor ġie skorjat minn Luke Gialanze li wkoll approfitta mit-tkeċċija ta’ Benjamin Lanzon.

Madankollu ż-żewġ goals ta’ Timothy Agius żamm lix-Xlukkajri fil-logħba biex din is-sessjoni għalqet bil-punteġġ ta’ 8-6 favur Otters.

Għaldaqstant kollox kellu jiġi deċiż fir-raba’ sessjoni. Marsaxlokk xeħtu kollox fuq l-offensiva u rnexxielhom jiskorjaw darbtejn minn Benjamin Lanzon u Timothy Agius biex għamlu l-iskor parzjali 8-8.

Peró, Luke Gialanze skorja l-goal l-aktar importanti biex ta l-ewwel rebħa tal-istaġun lit-team Għawdxi.

Marsaxlokk: 1-Ryan Coleiro, 2-Julian Rizzo Naudi, 3-Matteo Martellacci (1), 4-Michael Cordina, 5-Timmy Agius (4), 6-Benjamin Lanzon (2), 7-Joseph Galea, 8-Matthew Pace, 9-Stephen Micallef, 10-Rainer Scerri, 11-Matteo Cacici (1), 12-0tis Zammit, 13-Fredrick Buhagiar Coach: Joe Cremona

Otters: 1-Matthew Xerri, 2-Marc Lanzon (1), 3-Russell Caruana, 4-Luke Hyzler, 5-Edward Meli, 6-Luke Gialanze (3), 7-Karl Scicluna, 8-Gabriel Mizzi, 9-David Dimech, 10-Dominique Zahra (5), 11-Daniel Tully, 12-Stefan Xerri Coach: Dean Camilleri

Referees: Peter Balzan, Richard Magri

Share With: