Waterpolo: Partita li żvolġiet f’sessjoni ta’ taħriġ għal Sliema

Ritratt: Domnic Borg

Sliema  ……… 21

Birzebbuga … 3

(5-0, 4-0, 7-2, 5-1)

Fit-tieni play-off, Sliema għelbu lil Birżebbuġa bl-iskor ta’ 21-3 biex dan il-konfront żvolġa f’wieħed mingħajr storja u f’sessjoni ta’ taħriġ.

B’din ir-rebħa Sliema għandhom sieq waħda fis-semi-finali bil-protagonisti jkunu

Mark Meli, John Brownrigg u Michael Spiteri Staines li skorjaw erba’ goals kull wieħed.

L-ewwel sessjoni kienet indikazzjoni fejn kienet sejra rebħa hekk il-Blues skorjaw ħames goals mingħarj risposta minn Jerome Gabarretta minn man-up wara li tkeċċa Neil Cassar, John Brownrigg (2), Nicholas Bugelli minn sitwazzjoni ta’ player iktar wara li tkeċċa David Cutajar, u Mark Meli.

Fit-tieni sessjoni s-Slimiżi aċċertaw wara li rebħuha bil-punteġġ ta’ 4-0 biex daħlu jistrieħu bl-iskor ta’ 9-0 … bl-iskorers ikunu Zach Mizzi, Michael Spiteri Staines, John Brownrigg u Nicholas Bugelli minn man-up wara li tkeċċa Stefano Fava.

Fit-tielet sessjoni komplew iżidu l-iskor għal 16-2 minkejja li Birżebbuġa sabu darbtejn ix-xibka avversarja. Is-seba’ goals ta’ Sliema waslu minn Mark Meli (3) bi tnejn minnhom jiskorjahom wara t-tkeċċijiet ta’ Max Borg u Julian Farrugia, John Brownrigg, Jacob Sciberras u Michael Spiteri Staines (2). Min-naħa l-oħra, David Cutajar wieġeb għal Birzebbuga permezz ta’ doppjetta.

L-aħħar sessjoni kienet biss formalitá bis-Slimiżi jittrijonfaw bl-iskor kbir ta’ 5-1, permezz ta’ Benji Cachia, Jerome Gabarretta, Liam Galea minn man-up wara li tkeċċa Stefano Fava, u Michael Spiteri Staines ukoll minn sitwazzjoni ta’ player iktar wara li din id-darba tkeċċa Ben Grech. Simon Vassallo skorja l-uniku goal għat-team min-nofsinhar ta’ Malta.

Sliema: 1-Nicky Grixti, 2-Jerome Gabarretta (2), 3-Liam Galea (1), 4-Jacob Sciberras (1), 5-Mark Meli (4), 6-Benji Cachia (1), 7-Michael Spiteri Staines (4), 8-Jake Cutajar, 9-John Brownrigg (4), 10-Jamie Gambin, 11-Zach Mizzi (2), 12-Nicholas Bugelli (2), 13-Cain Cutajar Coach: Sergio Afric

Birżebbuġa: 1- Marco Rossi, 2-Julian Farrugia, 3-Neil Cassar, 4-David Pace Lupi, 5-Christian Mifsud, 6-Paul Serracino, 7-Simon Vassallo (1), 8-David Cutajar (2), 9-Matthias Bonnici, 10-Max Borg, 11-Russell Spiteri, 13-Zachary Farrugia Seychell, 13-Matthew Sladden Coach: Pierre Borg

Referees: Stefan Licari, Peter Balzan

Share With: