Waterpolo: San Ġiljan b’pass importanti lejn il-finali

Ritratt: Domnic Borg

San Ġiljan……………..15

Sirens………………….5

(4-0, 5-1, 1-2, 5-2)

San Ġiljan ftit li xejn tħabtu biex għelbu lil Sirens bl-iskor kbir ta’ 15-5 biex b’hekk għamlu pass sinjifikanti lejn il-finali għar-rebħ tat-titlu.

Ħlief għat-tielet sessjoni, il-Ġiljaniżi ddominaw il-partita u ftit li xejn taw ċans lit-team minn San Pawl il-Bahar jidħol fil-logħba u b’xi mod jimposta l-logħob tiegħu.

Għall-Ġiljaniżi reġa’ spikka Ben Plumpton li skorja erba’ goals kif ukoll il-captain Matthew Zammit li bħalu rreġistra poker. Min-naħa l-oħra għal Sirens l-aqwa skorer kien Tristan Said li rnexxielu jirreġistra doppjetta proprju kontra l-ex team tiegħu.

Il-Ġiljaniżi għamlu l-intenzjoniiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita fejn fl-ewwel sessjoni skorjaw erba’ goals mingħajr risposta. Il-goals waslu minn Ben Plumpton, Matthew Zammit u Dino Zammit (2) bit-tieni goal jasal minn penalty.

Is-Saints komplew jiddomimaw u rebħu t-tieni sessjoni b’differenza ta’ erba’ goals, iżda din id-darba bil-punteġġ ta’ 5-1, bl-iskorers ikunu Paul Fava, il-goalkeeper Jake Tanti, Marco Mannino, Matthew Zammit u Ben Plumpton. Min-naha l-oħra, Ken Erdogan skorja l-uniku goal għal Sirens.

Bil-logħba mirbuħa u mitlufa, is-Saints naqqsu r-ritmu fit-tielet sessjoni li ntrebħet mit-team immexxi mill-coach Marko Orlovic bl-iskor ta’ 2-1, bl-iskorers ikunu Ganni Farugia minn man-up wara li tkeċċa Ben Plumpton, u Tristan Said. Iż-żagħżugħ Jake Bonavia skorja l-uniku goal għall-Ġiljaniżi.

Iżda fir-raba’ sessjoni, l-istess Ġiljaniżi reġgħu “tmattru” u rebħuha bl-iskor ta’ 5-2 għal skor finali ta’ 15-5.

Il-protagonisti kienu Matthew Zammit minn man-up wara li tkeċċa l-goalkeeper Joseph Parnis, u Ben Plumpton ukoll minn sitwazzjoni ta’ player iktar wara li din id-darba tkeċċa Jake Ciantar.  Zammit minn penalty u Plumpton reġgħu sabu x-xibka filwaqt li Zach Micallef niżżel ismu fil-lista tal-iskorer ukoll.

Min-naħa l-oħra, Tristan Said u Matthias Azzopardi wieġbu għal Sirens.

San Ġiljan: 1-Jake Tanti (1), 2-Keith Tanti, 3-Andreas Galea, 4-Ben Grech, 5-Marco Mannino (1), 6-Matthew Zammit (4), 7-Ben Plumpton (4), 8-Jake Bonavia (1), 9-Zach Micallef (1), 10-Darren Zammit, 11-Paul Fava (1), 12-Dino Zammit (2), 13-Gareth Vassallo, 14-Mattias Ortoleva Coach: Dorian Pisani

Sirens: 1-Owen Gauci, 2-Jake Ciantar, 3-Ken Erdogan (1), 4-Gabriel Mellilo, 5-Jerome Zerafa Gregory, 6-Tristan Said (2), 7-Lucas Falzon, 8-Isaiah Riolo, 9-John Napier, 10-Gabriel Sammut, 11-Matthew Sciberras, 12-Matthias Azzopardi (1), 13-Owen Gauci, 14-Ganni Farrugia (1) Coach: Marko Orlovic

Referees: Stefan Licari, Peter Balzan

Share With: