Waterpolo: San Ġiljan ikomplu jikkonfermaw il-qawwa tagħhom

Ritratt: Dominic Borg

San Ġiljan … 10

Neptunes ……. 6

(5-1, 1-3, 2-1, 2-1)

San Ġiljan komplew jikkonfermaw il-qawwa tagħhom meta għelbu lil Neptunes  bl-iskor ta’ 10-6 biex b’hekk rebħu d-Derby tal-Balluta. B’hekk s’issa, il-Ġiljaniżi għandhom rekord intatt fil-konfronti diretti kontra Neptunes u Sliema meta dejjem ħarġu rebbieħa … u b’dak li qed juru m’hemmx dubju li se jkunu l-favoriti netti għar-rebħ tat-titlu.

Għall-Ġiljaniżi, reġa’ spikka Ben Plumpton li rreġistra erba’ goals biex kompla jinkuruna staġun mill-aqwa, filwaqt li għal Neptunss l-aqwa skorers kienu Jake Muscat u Jeremy Abela li skorjaw żewġ goals kull wieħed.

Għalihom iddiżappunta Stevie Camilleri li naqas milli jsib ix-xibka u falla wkoll penalty li ġie salvat bi bravura mill-goalkeeper tas-Saints, Jake Tanti. Detrimentali għal Neptunes kienet l-ewwel sessjoni hekk kif tilfuha b’distakk ta’ erba’ goals.

Il-Ġiljaniżi għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-logħba, u rebħu l-ewwwl sessjoni bl-iskor ta’ 5-1, bil-goals  jaslu minn Dino Zammit (2), Ben Plumpton (2) u l-captain Matthew Zammit. Min-naħa l-oħra, Jeremy Abela kiseb id-draw momentarju għal Neptunes.

Fit-tieni sessjoni, Neptunes wettqu reazzjoi tajba u rebħuha bl-iskor ta’ 3-1, bl-iskorers ikunu Jake Muscat, Gabriel Pace u Jeremy Abela minn man-up wara li tkeċċa l-veteran Paul Fava. Dino Zammit skorja l-uniku goal għall-Ġiljaniżi.

Iżda t-tielet sessjoni ġiet mirbuħa minn San Ġiljan meta ttrijonfaw bl-iskor ta’ 2-1 bl-awturi tal-goals ikunu Matthew Zammit u  Ben Plumpton. Jake Muscat wieġeb għal Neptunes wara t-tkeċċija ta’ Darren Zammit.

Il-Ġiljaniżi rebħu wkoll l-aħħar sessjoni bl-istess skor ta’ dik preċdenti bl-iskorers ikunu Ben Plumpton u ż-żagħżugħ Jake Bonavia minn man-up wara li tkeċċa Nikolai Zammit. Min-naħa l-oħra James Spiteri Staines skorja l-goal waħdani għat-team immexxi mill-coach Jovan Popovic.

San Ġiljan: 1-Jake Tanti, 2-Keith Tanti, 3-Andreas Galea, 4-Ben Grech, 5-Marco Mannino, 6-Matthew Zammit (2), 7-Ben Plumpton (4), 8-Jake Bonavia (1), 9-Zack Micallef, 10-Darren Zammit, 11-Paul Fava, 12-Dino Zammit (3), 13-Gareth Vassallo, 14-Mattias Ortoleva Coach: Dorian Pisani

Neptunes: 1-Alan Borg Cole, 2-Jake Muscat (2), 3-Leandros Calleja, 4-Gabriel Pace (1), 5-Sebi Busuttil, 6-James Spiteri Staines (1), 7-Stevie Camilleri, 8-Jordan Camilleri, 9-Jeremy Abela (2), 10-Nikolai Zammit, 11-Alec Fenech, 12-Sam Gialanze, 13-Benji Busuttil, 14-Mark Castillo Coach: Jovan Popovic

Referees: Peter Balzan, Massimo Angileri

Share With: