Waterpolo: Sirens iwettqu tpattija sportiva kontra Exiles

Ritratt: Dominic Borg

Exiles …………. 6

Sirens …………. 7

(1-1, 1-2, 3-2, 1-2)

F’partita ferm bilanċjata, Sirens għelbu lil Exiles bl-isksr ta’ 7-6 biex b’hekk wettqu tpattija sportiva fuq it-team immexxi mill-coach Igor Vukanovic u ħadu ftit nifs wara staġun li kollox ma’ kollox iddiżappuntaw fih. Dan wara li lejn l-aħħar ta’ Awwissu, kienu Exiles li ħarġu rebbieħa ukoll b’vantaġġ ta’ goal wieħed, iżda dakinhar bl-iskor ta’ 8-7.

Għal Sirens spikka ferm Matthias Azzopardi li rreġistra poker, filwaqt li l-aqwa skorer għal Exiles kien il-captain Timmy Sullivan, ukoll b’erba’ goals.  

Fl-ewwel sessjoni, irrenja bilanċ assolut hekk kif intemmet fi draw ta’ 1-1, b’Matthias Azzopardi jiftaħ l-iskor għat-team minn San Pawl il-Baħar waqt li Timmy Sullivan ġab l-iskor indaqs għal Exiles.

Sirens rebħu t-tieni sessjoni bl-iskor ta’ 2-1 bil-goals jaslu minn Ganni Farrugia u Matthias Azzopardi minn man-up wara li tkeċċa Aurelien Cousin. Min-naħa l-oħra, Jake Bajada skorja l-uniku goal għal Exiles.

Fit-tielet sessjoni, Exiles wettqu reazzjoni tajba u rebħuha b’vantaġġ ta’ goal, jiġifieri bl-iskor ta’ 3-2, bil-protagonista jkun Timmy Sullivan li skorja trippletta. Min-naħa l-oħra, Matthias Azzopardi u Ganni Farrugia wieġbu għal Sirens.

Kollox kellu jiġi deċiż fl-aħħar sessjoni b’Sirens jittrijonfaw bl-iskor ta’ 2-1 hekk kif fetħu vantaġġ ta’ żewġ goals minn Isaiah Riolo u Matthias Azzopardi. Jake Bajada naqqas l-iskor għal Exiles iżda ma kienx fadal ħin biex Exiles setgħu jsalvaw il-logħba … għal skor finali ta’ 7-6.

Exiles: 1-Matthew Castillo, 2-Jake Bajada (2), 3-Andrew Magri, 4-Philip Paris, 5-Timmy Sullivan (4), 6-Sean Xerri de Caro, 8-Kurt Griscti, 9-Nicky Paris, 10-Aurelien Cousin, 11-Simon Apap, 12-David Fenech– Coach: Igor Vukanovic

Sirens: 1-Joseph Parnis, 2-Jake Ciantar, 3-Ken Erdogan, 4-Gabriel Mellilo, 5-Jerome Zerafa Gregory, 6-Tristan Said, 7-Lucas Falzon, 8-Isaiah Riolo (1), 9-John Napier, 10-Mikhael Cutajar, 11-Matthias Azzopardi (4), 12-Matthew Sciberras, 13-Owen Gauci, 14-Ganni Farrugia (2) Coach: Marko Orlovic

Referees: Stefan Licari, Alex De Raffaele

Share With: