Waterpolo: Sirens jirbħu logħba bilanċjata

Ritratt: Dominic Borg

K/F Playoffs – L-Ewwel Partita

Exiles ……… 4

Sirens …….. 6

(2-1, 0-2, 1-2, 1-1)

Fl-ewwel logħba mill-kwarti tal-finali tal-play-offs, Sirens irreġistraw rebħa ta’ 6-4 fuq Exiles f’konfront ferm bilanċjat.

Il-partiti bejn dawn iż-żewġ timijiet f’dan l-istaġun dejjem kienu bilanċjati u akkaniti, u din ma kinitx eċċezzjoni. S’issa ntlagħbu tliet logħbiet diretti b’Sirens jirbħu tnejn u Exiles jirbħu darba. Il-konfront li jmiss bejniethom jintlagħab nhar is-Sibt, b’Exiles bilfors iridu jittrijonfaw biex jisfurzaw it-tielet play-off. Rebħa għal Sirens tarahom fis-semi-finali.

L-aqwa skorers taż-żewġ timijiet kienu Aurelien Cousin għal Exiles li skorja trippletta filwaqt li Isaiah Riolo wieġeb b’doppjetta għal Sirens.  

Kienu Exiles li ħarġu l-aħjar u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 2-1 biż-żewġ goals jaslu minn żewġ goals tal-Franċiż naturalizzat Malti, Aurelien Cousin. Min-naħa l-oħra, Isaiah Riolo naqqas il-marġni għal Sirens.

Iżda fit-tieni sessjoni, it-team minn San Pawl il-Baħar dawwar ir-riżultat favur meta rebaħha 2-0 u daħal jistrieħ fil-vantaġġ ta’ 3-2. Iż-żewġ skorers kienu Ken Erdogan u Isaiah Riolo.

It-tielet sessjoni fetħet bil-goal ta’ Aurelien Cousin biex kiseb id-draw għal Exiles. Iżda Sirens skorjaw darbtejn oħra biex għalqu din is-sessjoni bl-iskor ta’ 5-3. Il-goals waslu minn Ganni Farrugia u John Napier minn man-up wara li tkeċċa Kurt Griscti.

Fir-raba’ sessjoni, Exiles riedu jagħmlu reazzjoni biex jirkupraw l-iżvantaġġ li kellhom iżda kienu Sirens li komplew ikabbru l-vantaġġ għal 6-3 permezz ta’ Mikhael Cutajar u għaldaqstant għamlu pass kbir lejn ir-rebħa.

Dan minħabba li filwaqt Mark Fenech wieġeb għal Exiles minn penalty kien fadal biex ftit aktar minn żewġ minuti biex setgħu jsalvaw ir-riżultat.  

Exiles: 1-Matthew Castillo, 2-Jake Bajada, 3-Andrew Magri, 4-Philip Paris, 5-Timmy Sullivan, 6-Sean Xerri de Caro, 7-Mark Fenech (1), 8-Kurt Griscti, 9-Nicky Paris, 10-Aurelien Cousin (3), 11-Simon Apap, 12-Isaac Schembri – Coach: Igor Vukanovic

Sirens: 1-Owen Gauci, 2-Jake Ciantar, 3-Ken Erdogan (1), 4-Gabriel Mellilo, 5-Jerome Zerafa Gregory, 6-Ganni Farrugia (1), 7-Lucas Falzon, 8-Isaiah Riolo (2), 9-John Napier (1), 10-Mikhael Cutajar (1), 11-Matthew Sciberras, 12-Matthias Azzopardi, 13-Gianni Galea Curmi Coach: Marko Orlovic

Referees: Ronnie Spiteri, Mario Dalli

Share With: