Waterpolo: Sirens kellhom jitħabtu

File photo

Birżebbuġa …….. 7

Sirens …………….. 9

(3-1, 1-3, 1-2, 2-3)

Sirens tħabtu iktar milli mistenni biex għelbu lil Birżebbuġa bl-iskor ta’ 9-7. Għalihom spikka ferm il-player Matthew Sciberras li rreġistra poker filwaqt li għal Birżebbuġa, l-aqwa skorer kien David Pace Lupi li skorja żewġ goals.

Birżebbuġa ħasdu lil Sirens fl-ewwel sessjoni meta għelbuhom bl-iskor ta’ 3-1 bil-goals jaslu minn David Cutajar, David Pace Lupi minn man-up wara li tkeċċa Lucas Falzon u Ben Grech. Min-naħa l-oħra, Isaiah Riolo skorja l-uniku goal għat-team minn San Pawl il-Baħar.

Iżda fit-tieni sessjoni Sirens wettqu reazzjoni tajba meta rebħuha bl-iskor identiku li t-team immexxi mill-coach mill-coach Pierre Borg ittrijonfa fl-ewwel waħda jiġifieri, dak ta’ 3-1. L-awturi tal-goals kienu Matthew Sciberras (2) u Mikhael Cutajar. U mbagħad Neil Cassar skorja l-uniku goal għal Birżebbuġa minn sitwazzjoni ta’ player iktar wara li tkeċċa Isaiah Riolo.

Sirens rebħu wkoll it-tielet sessjoni din id-darba bil-punteġġ ta’ 2-1. Għal Sirens niżżlu isimhom fuq il-lista tal-iskorers Ken Erdogan minn man-up wara li tkeċċa Matthias Bonnici, u Matthew Sciberras.

Min-naħa ta’ Birżebbuġa skorja Ben Grech permezz ta’ superjoritá numerika wara li tkeċċa Matthew Sciberras.

Sirens rebħu wkoll l-aħħar sessjoni bl-iskor ta’ 3-2, bl-awturi tal-goals ikunu John Napier, Mikhael Cutajar, u Matthew Sciberras minn man-up wara li tkeċċa Ben Grech.

Min-naħa l-oħra, iż-żewġ goals għal Birżebbuġa waslu minn Zion Bartolo minn man-up wara li tkeċċa Isaiah Riolo, u David Pace Lupi.

Birżebbuġa: 1- Marco Rossi, 2-Julian Farrugia, 3-Neil Cassar (1), 4-David Pace Lupi (2), 5-Christian Mifsud, 6-Paul Serracino, 7-Simon Vassallo, 8-David Cutajar (1), 9-Matthias Bonnici, 10-Max Borg, 11-Russell Spiteri, 12-Zachary Farrugia Seychell, 13-Matthew Sladden, 14-Ben Grech (2), 15-Zion Bartolo (1) Coach: Pierre Borg

Sirens: 1-Owen Gauci, 2-Jake Ciantar, 3-Ken Erdogan (1), 4-Gabriel Mellilo, 5-Luke Galea, 6-Tristan Said, 7-Lucas Falzon, 8-Isaiah Riolo (1), 9-John Napier (1), 10-Mikhael Cutajar (2), 11-Matthew Sciberras (4), 12-Matthias Azzopardi, 13-Gianni Galea Curmi Coach: Marko Orlovic

Referees: Ronnie Spiteri, Mario Dalli

Share With: