Waterpolo: Sliema fis-semi-finali mingħajr wisq tbatija

Ritratt: Domnic Borg

Birżebbuġa ….. 4

Sliema ……….. 12

(1-2, 1-3, 1-5, 1-2)

Sliema ftit li xejn tħabtu biex għelbu lil Birżebbuġa bl-iskor ta’ 12-4, u b’hekk kisbu post fis-semi-finali tal-play-offs fejn se jkunu qed jaffrontaw lir-rivali eterni, Neptunes. 

Għal Sliema, l-aqwa skorer kien Jerome Gabarretta li rreġistra hat-trick filwaqt li għal Birżebbuġa l-aktar player li rnexxielu jsib ix-xibka kien Julian Farrugia b’żewġ goals.

Fil-veritá dehret li se tkun logħba bilanċjat hekk kif l-ewwel sessjoni ntrebħet mis-Slimiżi bl-iskor ta’ 2-1, bil-goals jaslu minn doppjetta ta’ Jerome Gabarretta filwaqt li Julian Farrugia rre­ċiproka għal Birżebbuġa.

Iżda mit-tieni sessjoni, il-Blues bdew iżidu fir-ritmu u jkabbru l-iskor hekk kif reb­ħuha bl-iskor ta’ 3-1 biex daħlu jisrtieħu bil-punteġġ ta’ 5-2, b’goals konsekuttivi minn penalty ta’ Jerome Ga­baretta, Mark Meli u Jacob Sciberras. Lejn it-tmiem, Birżebbuġa wieġbu b’goal minn David Cutajar. 

Imbagħad Sliema aċċertaw mir-rebħa fit-tielet sessjoni meta skorjaw ħames goals kontra l-wieħed ta’ Birżebbuġa għal skor parzjali ta’   10-3. 

Il-protagonisti kienu Jerome Gabarretta, Benji Ca­chia, John Soler (2) biet-tieni goal tiegħu jasal wara li tkeċċa David Pace Lupi, u Zach Mizzi. Min-naħa l-oħra, Julian Farrugia minn penalty skorja (eżatt wara l-goal ta’ Gabarretta) għal Birżebbuġa. 

Ir-raba’ sessjoni kienet formalitá. Sliema rebħuha bil- punteġġ ta’ 2-1 permezz ta’ doppjetta ta’ Nicholas Bugelli, bl-ewwel goal jasal minn penalty filwaqt li t-tieni ġie reġistrat wara t-tkeċċija ta’ David Cutajar. 

Simon Vassallo skorja l-uniku goal għal Birżebbuġa, 40 sekonda mit-tmiem.  

Birżebbuġa: 1- Marco Rossi, 2-Julian Farrugia (2), 3-Neil Cassar, 4-David Pace Lupi, 5-Christian Mifsud, 6-Paul Serracino, 7-Simon Vassallo (1), 8-David Cutajar (1), 9- Matthias Bonnici, 10-Max Borg, 11-Russell Spiteri, 12- Zachary Farrugia Seychell, 13-Matthew Sladden – Coach: Pierre Borg

Sliema: 1-Nicky Grixti, 2-Jerome Gabarretta (3), 3- Liam Galea, 4-Jacob Sciberras (1), 5-Mark Meli (1), 6-Benji Cachia (1), 7-Michael Spiteri Staines (1), 8-John Soler (2), 11-Zach Mizzi (1), 12-Nicholas Bugelli (2), 13-Zachary Sciberras – Coach: Sergio Afric

Referees: Alex De Raffaele, Ronnie Spiteri

Share With: