Waterpolo: Valletta jirbħu logħba bilanċjata

Ritratt: Christine Borg

I Diviżjoni

Valletta …………….. 11

Marsaxlokk ……… 10

(4-2, 5-4, 2-3, 0-1)

Valletta kellhom jitħabtu biex għelbu lil Marsaxlokk bl-iskor ristrett ta’ 11-10 b’dawn tal-aħħar joffru sfida mill-aktar denja.

Għall-Beltin, ħames players skorjaw doppjetta kull wieħed. Dawn huma Miguel Zammit, Daniel Paolella, Peter Borg, Niki Lanzon u Michele Stellini. Min-naħa ta’ Marsaxlokk, Timmy Agius, kien l-aktar li spikka b’erba’ goals.

Valletta kellhom bidu pożittiv meta rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 4-2, bl-iskorers ikunu Edward Aquilina, Peter Borg minn man-up wara li tkeċċa Matthew Pace u Miguel Zammit (2).

Għal Marsaxlokk wieġbu Stephen Micallef u Timmy Agius minn man-up wara li tkeċċa Keith Galea

It-tieni sessjoni kienet waħda spettakolari hekk kif ipproduċiet xejn inqas minn disa’ goals bil-punteġġ ta’ 5-4 ikun favur Valletta. L-iskorers għalihom kienu Daniel Paolella (2), Peter Borg, Michele Stellini u Niki Lanzon minn superjoritá numerika wara li  tkeċċa Joseph Galea.

Għax-Xlukkajri rrispondew l-istess Joseph Galea, Timmy Agius, Stephen Micallef u Julian Rizzo Naudi.

It-tielet sessjoni saret aktar interessanti minħabba li kienu Marsaxlokk li rebħuha bil-punteġġ ta’ 3-2 għal skor parzjali ta’ 11-9 favur Valletta.

L-awturi tal-goals tax-Xlukkajri kienu Otis Zammit, Timmy Agius minn penalty u Julian Rizzo filwaqt li Niki Lanzon u Michele Stellini sabu x-xibka avversarja għall-Beltin. 

L-aħħar sessjoni żvolġiet f’waħda eċċitanti minħabba li Marsaxlokk riedu goal wieħed biex jerġgħu jidħlu fil-logħba u jsalvaw ir-riżultat. Peró huma ma approfittawx mit-tkeċċijiet ta’ Edward Aquilina (darbtejn) u Peter Borg. L-anqas il-Beltin ma approfittaw meta tkeċċew Matteo Cacici u Rainier Scerri.

U meta deher kollox li din is-sessjoni se tintemm mingħajr goals … fl-aħħar tmien sekondi Timothy Agius skorjaw għax-Xlukkajri … iżda kien tard wisq biex setgħu jieħdu punt minn dan il-konfront.

Valletta: 1-Ryan Sciortino, 2-Peter Borg (2), 3-Edward Aquilina (1), 4-Michele Stellini (2), 5- Andrea Agius, 6-Ryan Mock, 7-Daniel Paolella (2), 8-Andrea Bianchi, 9-Nicholas Farrugia, 10-Miguel Zammit (2), 11-Keith Galea, 12-Niki Lanzon (2), 13-Thomas Micallef Coach: Srdjan Lazaredit

Marsaxlokk: 1-Ryan Coleiro, 2-Julian Rizzo Naudi (2), 3-Matteo Martellacci, 4-Michael Cordina, 5-Timothy Agius (4), 6-Benji Lanzon, 7-Joseph Galea (1), 8-Matthew Pace, 9-Stephen Micallef (2), 10-Rainer Scerri, 11-Matteo Cacici, 12-0tis Zammit (1), 13-Fredrick Buhagiar Coach: Joe Cremona

Referees: Mario Dalli, Alex De Raffaele

Share With: