Weston McKennie eċċitat bl-avventura tiegħu ma’ Juventus

Il-player il-ġdid taċ-champions Taljani Juventus, Weston McKennie, deher ferm eċċitat u onorat li qed jifforma parti minn team daqshekk qawwi.

“Ninsab eċċitat. Għandi emozzjonijiet kbar bħalissa. Il-kliem ta’ ferħ li għandi ma jistgħux jiġuni f’ħalqi!” kienu l-ewwel kelmiet li nissel il-player żagħżugħ mill-Istati Uniti.

McKennie qal li l-players li se jkun qed jilgħab magħhom normalment kien jarahom fuq il-logħob elettroniku u jqisu bħala privileġġ li se jkun qed jifforma parti mit-team immexxi minn Andrea Pirlo.

McKennie sar l-ewwel player Amerikan li se  jilgħab ma’ Juventus u wiegħed li jagħmel minn kollox biex jonora dan il-flokk.

Weston McKennie għandu 22 sena u ngħata lil Juventus b’slef mingħand Schalke.

Share With: