Xokkanti fl-Arġentina… Għalliema tmut quddiem l-istudenti bil-Covid-19

Filmat li beda jiċċirkola fi ftit ħin u li mbagħad tneħħa fuq talba tal-familjari, kien jikkonċerna għalliema li dehret tmut quddiem l-istudenti waqt  li kienet qed tagħti lezzjoni. Il-lezzjoni kienet qed issir ‘online’. Il-każ seħħ fl-Arġentina, bl-istudenti jaraw lill-għalliema tagħhom tiġġieled għan-nifs u ma titkellimx aktar.

L-għalliema Paola de Simone ta’ 46 sena, kienet tgħallem fl-Universidad Argentina de la Empresa (UADE) li tinsab fil-kapitali Buenos Aires.

Paola de Simone kienet professur fid-Dipartiment tal-Gvern u Relazzjonijiet Industrijali. Hi kienet miżżewġa u għandha tifla waħda. Lejn l-aħħar ta’ Awwissu hi kienet ilmentaw li kienet qed tiġġieled mal-Covid-19.

Paola kienet kitbet li kienet ġiet ittestjata għall-Covid-19 erba’ ġimgħat qabel u kienet qed issibha diffiċli biex tirkupra. Hi kienet qalet li anke ir-raġel tagħhom li jaħdem fil-qasam tas-saħħa kien għejja jikkumbatti din il-marda.

Paola, mietet fuq l-iscreen quddiem l-istudenti tagħha.  Fil-vidjo li beda jixxandar u li imbagħad tneħħa jinstemgħu l-istudenti jitolbuha l-indirizz biex jibagħtulha l-ambulanza. Hi f’ħin minnhom tinstema tgħid li “ma nistax’ u kien hawn li hi intilfet minn sensiha. 

L-università aktar tard ħarġet stqarrija u tat il-kondoljanzi lill-familjari. Hi spjegat li Paola kienet ilha tgħallem fl-Università 15-il sen au ddeskrivewha bħala ‘għalliema iddedikata”.

Share With: