Yorgen Fenech bi proċeduri legali kontra Jason Azzopardi dwar posts fuq il-midja soċjali

Yorgen Fenech, l-allegat mandant tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, fetaħ proċeduri legali dwar posts li ttellgħu fuq il-midja soċjali mid-Deputat Nazzjonalista u l-avukat li qed jirrappreżenta lill-familja Caruana Galizia. Fenech qed jisħaq li l-posts qed jippreġudikawlu d-dritt għal smigħ xieraq.

Il-Qorti qed tintalab tindirizza numru ta’ posts ta’ Azzopardi fuq il-midja soċjali, bl-Avukati ta’ Fenech jisħqu li dawn l-istess posts qed jippreġudikaw il-preżunzjoni ta’ innoċenza lil Fenech.

Fenech jgħid li waħda mill-posts, li Azzopardi għamel re-share ta’ post ta’ iben Caruana Galizia, Matthew Caruana Galizia, tagħmlu jidher daqslikieku diġà nstab ħati tal-qtil ta’ Caruana Galizia.

Il-post kienet tgħid:“Would Yorgen Fenech have been able to push the government into giving Electrogas €40 million for free, in November 2017, if my mother had exposed him as the owner of 17 Black? No. So he murdered my mother in October 2017. And there are those who want to give the animal an amnesty.”

Fenech qal li din il-post hija waħda fost diversi oħrajn li nkitbu, jew ġew shared  minn Azzopardi u li qed jinfluwenzaw l-opinjoni tal-pubbliku.

Share With: