Yorgen Fenech ma jingħatax il-ħelsien mill-arrest għar-raba’ darba

Yorgen Fenech, l-allegat mandant tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia għal darb’oħra ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest bil-Qorti tirrifjuta t-talba tiegħu wara jum ta’ deliberazzjoni.

L-avukati ta’ Fenecj ilbieraħ argumentaw li l-klijent kien issodisfa l-kriterji kollha biex jingħata l-ħelsien mill-arrest.

Madankollu Qorti llum ma qablitx ma’ dan, hekk kif esprimiet it-tħassib tagħha li jekk Fenech jingħata l-ħelsien mill-arrest jaf jikkomprometti x-xhieda fil-każ kontrih. Dan apparti li jingħata l-opportunità li jaħrab mill-pajjiż u jipprovoka r-rabja tan-nies.

Il-Qorti wriet it-tħassib tagħha li Fenech jaf jaħrab jekk jingħata l-ħelsien mill-arrest, u emfasizzat li l-istess Fenech kien ġie arrestat abbord il-jott tiegħu kmieni filgħodu waqt li apparentament kien qed jipprova jaħrab mill-pajjiż.

Il-Maġistrat Rachel Montebello qalet ukoll li għadhom għaddejjin l-inkjesti dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, u persuni suspettato oħrajn li Fenech stess kien semma mal-Pulizija kienu wkoll qed jiġu investigati.

Apparti dan tagħmir elettroniku li kien issekwestrat mill-pulizija mingħand il-middleman fil-qtil ta’ Caruana Galizia – Melvin Thuema – kien għadu qed jiġi eżaminat u kien għadu ma ġiex ippreżentat fil-kumpilazzjoni tax-xhieda kontra Fenech. Apparti dan numru ta’ xhieda kien għad iridu jagħtu x-xhieda tagħhom.

Filwaqt li l-Qorti ma qablitx mal-istqarriaj ta’ Fenech li d-dritt għall-ħelsien tiegħu kien qed jinkiser billi ma jingħatax ħelsien mill-arrest, fl-istess waqt hija fakkret lill-prosekuturi li huwa dmirhom li jmexxu l-każ f’waqtu u mngħajr dewmien.

Din hija r-raba’ darba li Fenech talab il-ħelsien mill-arrest mindu fit-30 ta’ Novembru li għadda kien ġie arrestat b’kompliċità fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. L-ebda mit-talbiet ta’ Fenech ma ntlaqgħu mill-Qorti, b’Fenech jibqa’ jinżamm fil-kustodja tal-Pulizija.

Share With: