Żagħżugħ b’ġest mill-aktar altruwist; Isarraf il-leave u jagħtih f’donazzjoni lil ALS Malta

Disa’ mija u ħamsin ewro. Din hija s-somma li ż-żagħżugħ Wayne Pavia ta f’donazzjoni lill-Organizzazzjoni ALS Malta, l-organizzazzjoni li tgħin lil pazjenti li jkunu qed ibatu mill-marda tal-ALS (Amyotrophic lateral sclerosis).

F’kumment fuq il-midja soċjali Pavia qal li “f’ħajti għamilt ħafna żbalji, però naħseb li kulħadd jaqbel miegħi meta ngħid li għandi qalbi tajba u nagħmel minn kollox biex nara lil ħaddieħor kuntent”.

Huwa tenna li matul is-sena huwa ma jiħux ġranet ta’ leave u minflok iħalli l-leave jintiret għal sena oħra ddeċieda li jsarrfu u jagħtih f’donazzjoni lill-organizzazzjoni ALS Malta. Din mhux l-ewwel darba li ż-żagħżugħ għamel dan il-ġest altruwist.

Share With: