Żewġ players ta’ Leyton Orient pożittivi għal COVID-19

Il-logħba li kellha tintlagħab fil-Breyer Group Stadium mil-League Cup bejn Tottenham Hotspur u Leyton Orient kellha tiġi sospiża minħabba li żewġ players ta’ dawn tal-aħħar irriżultaw pożittiv għall-COVID-19.

Fi stqarrija fuq is-sit elettroniku tagħhom, Leyton Orient qalu li żewġ players minn tagħhom kellhom jiġu iżolati wara li s-swab test li sarilhom irriżulta bħala pożittiv.

Dawn it-testijiet kienu mħallsa minn Tottenham Hotspur fejn kelliem minn tagħhom qal li wara konsultazzjoni mal-assoċjazzjoni Ingliża, il-logħba kienet se tiġi posposta għal data oħra mhux imħabbra.

Leyton Orient jinsabu f’League Two u bdew l-istaġun tagħhom b’rebħa u draw fl-ewwel żewġ logħbiet tagħhom.

Share With: