Żewġ subien stuprati, torturati u midfuna ħajjin… każ li xxokkja l-komunità Żvediża

Żewġ subien allegatament kienu stuprati, ittorturati u midfuna ħajjin f’ċimiterju Żvediż. Dan il-każ qed jiġi deskritt fl-Iżvezja bħala “lejl ta’ terrur’. Il-każ seħħ f’Solna fit-tramuntana ta’ Stokkolma.

L-attakk sar magħruf wara li ż-żewġ subien kienu salvati minn xi ħadd li kien għaddej mill-qrib.Il-ġurnal Żvediż Afronbladet, irrapport li s-subien inħatfu, kienu misruqa, issawtu u wara kienu anke stuprati. Finalment huma intefgħu f’qabar ta’ ċimiterju. 

Skont ir-rapporti, huma kienu sfurzati jinżlu għarwenin fil-qabar, u l-aggresssuri bdew jordmuhom. Sa issa għadha ma nħarġitx l-età ta’ dawn is-subien għalkemm jidher li huma taħt il-15-il sena. 

Fi kliem il-Pulizija, is-subien qed jirrispondu. B’rabta ma’ dan il-każ ġew arrestati żewġt persuni wieħed ta’ 18-il sena u l-ieħor ta’ 21 sena. 

Mhux magħruf x’wassal għal aggressjoni, bil-Pulizija tgħid li hi temmen li l-aggresssuri ippruvaw ibiegħ drogi liż-żewġ żgħażagħ. Meta ż-żgħażagħ baqgħu jirrifjutaw huma kienu sfurzati jidħlu fiċ-ċimiterju.

Share With: