100 każ ġdid ta’ Covid-19 … ifiqu 22 persuna

In-numru ta’ każi ġodda reġistrati matul dawn l-aħħar 24 siegħa reġgħu raw żieda għal darb’oħra, b’100 każ ġdid minn 2,3511 swab tests. FL-istess waqt kien hemm 22 persuna li rkupraw mill-virus biex in-numru ta’ każi attivi telgħu għal 703 każ.

Il-Ministeru għas-Saħħa qal li filwaqt li l-każi tal-lum għadhom qed jiġu investigati, mill-każi tal-bieraħ jirriżulta li kien hemm 19-il każ ta’ qraba li ġew f’kuntatt ma’ qarib li kien diġà pożittiv għall-virus, sitt persuni li ġew f’kuntatt dirett ma’ każ pożittiv għall-Covid-19, żewġ każi ta’ trasmissjoni tal-virus fuq il-post tax-xogħol u każ impurtat.

OFFICIAL COVID-19 figures for 10•10•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate

Posted by saħħa on Saturday, October 10, 2020
Share With: