11-il gwardjan tal-ħabs u priġunier irriżultaw pożittivi għall-Covid-19 sa mill-bidu tal-pandemija

Ħdax-il gwardjan tal-ħabs u priġunier irriżultaw pożittivi għall-Covid-19 sa mill-bidu tal-pandemija f’Marzu li għadda. Qal dan il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Byron Camilleri waqt li kien qed iwieġeb għal mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami.

Għalkemm ma ngħatax dettalji dwar in-numru ta’ swab tests li saru fuq gwardjani tal-ħabs, il-Ministru Camilleri tenna li attwalment m’hemm l-ebda każi attivi ta’ Covid-19.

Fir-rigward tal-każ tal-priġunier li rriżulta pożittiv għall-Covid-19, dan kien l-uniku wieħed fost it-856 swab tests li ttieħdu.

Share With: