111-il każ ġdid … Ifiqu 53 persuna

OFFICIAL COVID-19 figures for 22•10•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate

Posted by saħħa on Thursday, 22 October 2020

In-numru ta’ każi ġodda reġistrati matul dawn l-aħħar 24 siegħa kien ta’ 111-il każ ġdid minn 2,951 swab tests. FL-istess waqt kien hemm 53 persuna li rkupraw mill-virus biex in-numru ta’ każi attivi telgħu għal 1704 każ.

Il-Ministeru għas-Saħħa qal li filwaqt li l-każi tal-lum għadhom qed jiġu investigati, mill-każi tal-bieraħ jirriżulta li kien hemm 14-il każ ta’ qraba li ġew f’kuntatt ma’ qarib li kien diġà pożittiv għall-virus, 13 huma persuni li kellhom kuntatt dirett ma’ persuni pożittivi, 10 każi ta’ trasmissjoni tal-virus fuq il-post tax-xogħol, żewġ każi impurtati u każ relatat ma’ tlaqqigħ soċjali ma’ persuni oħrajn pożittivi.

Share With: